Dwar dan is-sit

Il-Your Europe hu sit imfassal biex jgħinek tagħmel affarijiet f'pajjiżi Ewropej oħrajn – biex tevita l-inkonvenjenzi u l-burokrazija żejda.

Dawn l-affarijiet jistgħu jinkludu li wieħed jiċċaqlaq, jgħix, jistudja, jaħdem, jixtri, jew sempliċement jivvjaġġa barra minn pajjiżu. Jew, bħala kumpanija, tinnegozjaw barra mill-pajjiż.

Bħala ċittadin tal-UE – jew ċittadini tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein jew tan-Norveġja – għandek ċerti drittijiet f'dawn l-oqsma. Iżda dawn id-drittijiet mhux dejjem jiġu osservati meta pajjiż ikun għadu ma implementax bis-sħiħ il-liġi rilevanti tal-UE.

X'informazzjoni joffri s-sit?

Il-Your Europe joffri:

  • informazzjoni dwar id-drittijiet bażiċi li għandek skont il-liġi tal-UE.
  • aċċess għal network ta’ portali nazzjonali li jipprovdu informazzjoni dwar kif ir-regoli tal-UE jiġu applikati f’kull pajjiż tal-UE għall-utenti transfruntieri (f’konformità mar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika).
  • kuntatt bla ħlas bl-email jew bit-telefown mas-servizzi tal-għajnuna tal-UE, biex ikollok għajnuna u parir aktar personalizzati jew fid-dettall.

Il-pajjiżi / in-nazzjonalitajiet koperti

L-informazzjoni f'dan is-sit hi mmirata l-aktar għaċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom (inklużi membri tal-familja li ma jkunux mill-UE).

Fil-biċċa l-kbira tal-każi, id-drittijiet tal-UE spjegati fil-Your Europe japplikaw għall-pajjiżi kollha li huma fl-UE kif ukoll għall-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja.

Xi kultant, id-drittijiet tal-UE japplikaw ukoll għall-Iżvizzera – iżda mhux dejjem, għax l-Iżvizzera nkitbet f'xi ftehimiet mal-UE imma mhux f'kollha.

Kull paġna tal-Your Europe telenka preċiżament il-pajjiżi jew nazzjonalitajiet li tkun tapplika għalihom l-informazzjoni.

L-awturi tas-sit

L-informazzjoni fil-Your Europe tiġi pprovduta mid-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea u tiġi kkomplementata b'kontenut ipprovdut mill-awtoritajiet ta' kull pajjiż kopert.

Is-sit fih 2 taqsimiet:

  • għaċ-ċittadini
  • għan-negozji

Iż-żewġ taqsimiet huma mmaniġġjati mid-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs u jipprovdu eżempji bbażati fuq esperjenzi veri ta' ċittadini tal-UE.

L-ismijiet u n-nazzjonalitajiet kollha huma fittizji.

Kif taħdem il-funzjoni tat-tfittxija?

Fil-paġna ewlenija tal-Your Europe tista’ ddaħħal kelmiet ewlenin jew mistoqsijiet fil-kaxxa tat-tiftix. Jekk teħtieġ informazzjoni dwar pajjiż speċifiku, inkludi isem dak il-pajjiż fit-tfittxija tiegħek.

Meta tikklikkja fuq l-ikona tal-lenti, is-sistema tfittex fil-kontenut kollu tal-Your Europe, kif ukoll f’informazzjoni awtorevoli f’portali ta’ fiduċja tal-gvernijiet nazzjonali li huma llinkjati mal-Your Europe.

Il-Your Europe jiġġenera tweġiba waħda jew aktar u, għal kull waħda, jagħti links għall-paġna/i fejn tkun instabet l-informazzjoni. Skont il-mistoqsija tiegħek, it-tweġiba tista’ tkopri r-regoli tal-UE (mill-kontenut tal-Your Europe), ir-regoli nazzjonali (minn sorsi tal-gvernijiet nazzjonali), jew it-tnejn li huma.

Tajjeb li tkun taf li din it-tfittxija tuża l-IA, u għalhekk għandek dejjem tivverifika l-informazzjoni billi tiċċekkja l-paġni tas-sors permezz tal-links ta’ taħt it-tweġiba! Iddaħħal l-ebda data personali. Jekk tinkludi data personali, il-Your Europe iħassarha mill-mistoqsija tiegħek, u t-tfittxija tiegħek tista’ ma tagħtikx riżultati.

Il-lingwi koperti

Il-Your Europe toffri informazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Madankollu, f’ċerti żminijiet, xi kontenut jista’ ma jkunx disponibbli bil-lingwa preferuta tiegħek waqt li jkun qed jiġi tradott.

L-informazzjoni speċifika għall-pajjiż tiġi pprovduta bil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż u bl-Ingliż.

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-politika lingwistika tas-siti web esterni.

Biex tillinkja mal-Your Europe

Meta toħloq link għall-Your Europe, trid tikkonforma ma' din il-politika:

  • Għal links ibbażati fuq il-kliem, tista' tuża l-preżentazzjoni tas-sit en tagħna
  • Tippreżentax il-Your Europe bħala sit bil-ħlas jew esklużiv
  • Turix il-Your Europe fi kwadru li jkun ospitat f'sit ieħor
  • Tagħtix l-impressjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE iħaddnu jew jappoġġjaw l-għanijiet jew il-kontenut tas-sit ospitanti jew tal-organizzazzjoni li timmaniġġjah

Aħna niċċekkjaw regolarment jekk il-links tiegħek ikunux konformi ma' din il-politika.

Biex tippromwovi l-Your Europe

Jekk tixtieq tippromwovi l-Your Europe, tista' tuża l-materjal promozzjonali multilingwi tagħna.

Il-politika tal-privatezza

Il-Your Europe jissodisfa r-regoli dwar il-privatezza tal-utenti u dwar il-protezzjoni tad-data tas-sit web Europa.

Jekk tuża s-servizzi ta' għajnuna li huma aċċessibbli permezz tal-Your Europe, tingħata tagħrif dwar id-dettalji speċifiċi tal-politika ta' privatezza tagħhom.

L-aħħar verifika: 23/06/2026
Ikkondividi din il-paġna