L-aħħar verifika: 20/08/2019

Protezzjoni tal-bażi tad-data

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Drittijietek

Jekk ħloqt bażi tad-data li hi aċċessibbli b'mezzi elettroniċi jew b'mezzi oħra - int tista' tipproteġi:

Jekk il-bażi tad-data tissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjonijiet tad- drittijiet tal-awtur u d-dritt sui generis, int tista' tapplika t-tnejn.

Ipproteġi l-bażi tad-data tiegħek oriġinali permezz tad-drittijiet tal-awtur

Jekk il-bażi tad-data hija kreazzjoni intellettwali oriġinali, int tista' tipproteġiha permzz tad- drittijiet tal-awtur, li jiggarantixxulek drittijiet esklussiv (Id-detentur(i) tal-IP jista'/jistgħu jeskludu lil xi ħadd ieħor milli juża l-IP inkwistjoni)i biex tirriproduċi, tadatta, ixxerred il-bażi tad-data jew kwalunkwe varjazzjoni tagħha. Bid-drittijiet tal-awtur, int tipprotteġi l-istruttura tal-bażi tad-data tiegħek u mhux il-kontenut tagħha.

Il-protezzjoni sui generis

Jekk l-istruttura tal-bażi tad-data tiegħek mhix kreazzjoni oriġinali, xorta tista' tipproteġi l-kontenut tagħha skont id- dritt sui ġeneris (dritt li jirrikonoxxi l-investiment li jsir fil-kompilazzjoni tal-bażi tad-data, anke meta din ma tinvolvix l-aspett kreattiv li hu rifless mid-drittijiet tal-awtur)

Biex tibbenefika mid-dritt sui generis tal-bażi tad-data, int jew dak li ħoloq il-bażi tad-data jrid ikun ċittadini tal-UE jew residenti fl-UE Biex tikseb protezzjoni sui generis għandek bżonn tipprova li int għamilt investiment sostanzjali (finanzjarju, materjali u/jew uman) jew fil-ksib tal-verifika jew il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-bażi tad-data.

Id-dritt sui generis tal-bażi tad-data jipproteġi l-kontenut tal-bażi tad-data tiegħek. Int jew dak li ħoloq il-bażi tad-data jista' jippreveni l-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid ta' parti sħiħa jew sostanzjali tal-kontenut tal-bażi tad-data. Meta toħloq il-bażi tad-data u din tissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni sui generis, int awotmatikament tingħata din il-protezzjoni għal 15-il sena li jibdew jew mid-data tal-kreazzjoni jew minn meta il-bażi tad-data saret disponibbli għall-pubbliku għall-ewwel darba.

Storja bħala eżempju

Karoline u Frederik imexxu ditta ta' konsultazzjoni legali fid-Danimarka. Dawn iridu joħolqu bazi tad-data elettronika li tiġbor fiha d-dokumentazzjoni tal-każistika. Biex jagħmlu dan, għandhom bżonn jikkonsultaw sorsi esterni differenti sabiex jiġbru d-data, kompitu li jinvolvi diversi xhur ta' xogħol. Issa li l-bażi tad-data hi lesta, Karoline u Frederik jistgħu jikkommerċalizzawha u jitolbu drittijiet sui generis għaliha, li tfisser li jistgħu jipprevenu oħrajn milli jagħmlu estrazzjoni u/jew jużaw mill-ġdid partijiet sostanzjali tal-kontenut tal-bażi tad-data għal 15-il sena. Madankollu, l-użu mill-ġdid jew l-estrazzjoni ta' fajl każistiku wieħed jew partijiet mhux sostanzjali tal-każistika huma disponibbli b'mod liberu.

Għal aktar informazzjoni, ikkonsulta l-paġna dwar il- protezzjoni tal-bażi tad-dataen mill- Helpdesk tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Ewropea (EHD)en .

Suġġetti relatati

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Helpdesk Ewropew tal-IPR

Pariri u taħriġ bla ħlas dwar l-immaniġġjar tal-proprjetà intellettwali għal proġetti kofinanzjati mill-UE jew ftehimiet ta’ negozju transnazzjonali.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: