L-aħħar verifika: 09/02/2021
L-istandards
Coronavirus: Standards Ewropej għall-provvisti mediċi
- EN 149:2009: Apparati respiratorji protettivi – Filtrar ta' maskri li jgħattu nofs wiċċ bħala protezzjoni minn partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar (magħrufa normalment bħala “maskri FFP”)
- EN 14683:2019 EN Maskri mediċi tal-wiċċ - Rekwiżiti u metodu ta’ ttestjar
- EN 166:2001 Protezzjoni personali tal-għajnejn – Speċifiċitajiet
- EN 14126:2003 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għall-ilbies protettiv kontra aġenti infettivi
- EN 14605:2009 Ilbies protettiv kontra l-kimiki likwidi - rekwiżiti ta’ prestazzjoni għall-ilbies b’konnessjonijiet li ma joħroġx likwidu (Tip 3) jew sprej (Tip 4) minnhom, inklużi oġġetti li jipprovdu protezzjoni għal partijiet tal-ġisem biss
- EN 13795-1:2019 Ilbies u lożor kirurġiċi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar - Parti 1: Lożor u ġagagi kirurġiċi
- EN 13795-2:2019 Lożor kirurġiċi, ġagagi u clean air suits, użati bħala apparat mediku għall-pazjenti, il-persunal fil-kliniki u tagħmir - Parti 2: Metodi ta’ ttestjar
- EN 455-1:2000 Ingwanti mediċi li jintużaw darba - Parti 1: Rekwiżiti u ttestjar għall-assenza ta’ toqob (MDD)
- EN 455-2:2015 Ingwanti mediċi li jintużaw darba - Parti 2: Rekwiżiti u ttestjar għall-proprjetajiet fiżiċi (MDD)
- EN 455-3:2015 Ingwanti mediċi li jintużaw darba - Parti 3: Rekwiżiti u ttestjar għall-valutazzjoni bijoloġika (MDD)
- EN 455-4:2009 Ingwanti mediċi li jintużaw darba - Parti 4: Rekwiżiti u ttestjar għad-determinazzjoni tal-perjodu ta’ stabbiltà (MDD)
- EN ISO 374-5:2017 Ingwanti protettivi kontra l-kimiki u l-mikroorganiżmi perikolużi - Parti 5: Rekwiżiti ta’ terminoloġija u prestazzjoni għar-riskji minn mikroorganiżmi
- EN ISO 13688:2013 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ġenerali
- EN ISO 10993-1:2009 Valutazzjoni bijoloġika ta’ apparat mediku - Parti 1: Valutazzjoni u ttestjar fi ħdan proċess ta’ ġestjoni tar-riskji
L-istandards huma linji gwida volontarji li jipprovdu speċifikazzjonijiet tekniċi għal ċerti prodotti, servizzi u proċessi. Meta ssegwi l-istandards tal-UE, tista' tkun ċert li l-kumpanija tiegħek u l-prodotti li tagħmel jissodisfaw xi rekwiżiti legali applikabbli. U minħabba li l-istandards isaħħu l-kwalità, is-sigurtà u l-affidabbiltà, dawn jistgħu jagħtu lill-konsumaturi aktar fiduċja fil-prodotti u s-servizzi tiegħek.