L-aħħar verifika : 18/10/2018

Karta Professjonali Ewropea - EPC

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:

Jekk il-professjoni tiegħek hi regolata u trid tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħek, tista' tapplika għal rikonoxximent permezz tal-Karta Professjonali Ewropea (EPC). L-EPC hi proċedura elettronika li tista' tuża biex il- professjoni regolata tiegħek tkun rikonoxxuta f'pajjiż tal-UE ieħor.

Għalissa, tista' tuża l-proċedura tal-EPC biss jekk inti:

Vantaġġi tal-Karta Professjonali Ewropea

L-awtoritajiet tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek se jgħinuk bl-applikazzjoni tiegħek u jaraw li tkun korretta u kompluta. Se jiċċertifikaw ukoll l-awtentiċità u l-validità tad-dokumenti tiegħek.

Għal kwalunkwe applikazzjoni oħra, ma jkollokx għalfejn terġa' tapplowdja d-dokumenti tiegħek.

Jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti responsabbli tal-applikazzjoni tiegħek ma jiħdux deċiżjoni finali fi żmien l-iskadenza ta' żmien stabbilit, ir-rikonoxximent jingħata awtomatikament u tkun tista' tiġġenera ċertifikat tal-EPC mill-kont online tiegħek.

Jekk l-awtoritajiet jirrifjutaw li joħorġulek l-EPC abbażi tal-applikazzjoni tiegħek, għandhom jagħtuk raġunijiet u informazzjoni dwar kif tista' tappella din id-deċiżjoni.

Il-proċedura tal-EPC attwalment tinsab disponibbli biss għal numru limitat ta' professjonijiet.

Iċċekkja jekk tistax tapplika mal-EPC

 

Agħżel sitwazzjoni

 

Inti ksibt il-kwalifika professjonali tiegħek minn pajjiż tal-UE?

 

Agħżel sitwazzjoni:

 

Ma tistax tapplika għal EPC. Jeħtieġlek tuża l- proċedura ta ' applikazzjoni standard.

 

Tista' tapplika għal EPC irrispettivament minn jekk tridx tipprovdi s-servizzi tiegħek b'mod temporanju jew permanenti fil-pajjiż li qed jospitak.

Il-proċedura tal-EPC hi eħfef u aktar mgħaġġla biex timmaniġġja mill- proċedura ta' rikonoxximent standard, u aktar trasparenti: tista' żżomm kont tal-applikazzjoni tiegħek online u tuża mill-ġdid dokumenti preċedenti applowdjati biex tibda' applikazzjonijiet għal pajjiżi differenti.

L-EPC hi ċertifikat ġenerat b'mod elettroniku u mhux kard fiżika. Hi prova elettronika li rnexxielek tgħaddi mill-proċedura tal-verifika amministrattiva tal-kwalifiki professjonali u li ssodisfajt il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tipprovdi s-servizzi b'mod temporanju jew permanenti f'dak il-pajjiż.

Meta tkun approvata applikazzjoni, tkun tista' tiġġenera ċertifikat tal-EPC f' format pdf. Dan se jinkludi wkoll numru ta' referenza li kwalunkwe impjegatur jista' juża biex jiċċekkja l-validità tal-EPC tiegħek online.

Jekk m'intix ċert jekk jeħtiġlekx tapplika għal EPC għal mobbiltà temporanja jew għal fini ta' stabbiliment, tista' tistaqsi lill- awtoritajiet nazzjonalien.

Jekk qed tippjana li tistabbilixxi ruħek f'pajjiż għal żmien twil (stabbiliment) hemm imnejn ikollok bżonn tirreġistra ma' korp professjonali u tgħaddi minn kontrolli addizzjonali qabel tibda tipprattika l-professjoni tiegħek. Tista' wkoll tiċċekkja mal-awtoritajiet nazzjonali dwar jekk dan hux meħtieġ fil-każ tiegħek.

L-EPC mhix obbligatorja u għalhekk tista' tiddeċiedi jekk tużax din il-proċedura jew tużax il- proċedura standard (abbażi ta' mili ta' karti) għar-rikonoxximent professjonali.

 

Ma tistax tapplika għal EPC. L-ewwel jeħtieġlek tikseb ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek f'pajjiż tal-UE u taħdem fih mill-anqas għal 3 snin qabel ma tkun tista' tapplika għal EPC.

Tista' tapplika għal EPC biss jekk int infermier, spiżjar, fiżjoterapist, gwida tal-muntanji jew aġent tal-proprjetà immobbli. Jekk għandek professjoni differenti, għandek tuża l- proċedura ta' applikazzjoni standard.

 

Applikazzjoni għal EPC

Biex tapplika għal EPC, jeħtieġlek:

Hekk kif tissottometti l-ewwel applikazzjoni, ma tkunx tista' taġġorna d-data personali tiegħek (numru tal-ID jew tal-passaport, il-kunjom jew in-nazzjonalità - li se jidhru fuq iċ-ċeritifikat) int stess, iżda se jkollok tistaqsi l-awtorità li timmaniġġja l-fajl tiegħek biex tapdejtja d-data tiegħek.

Għal kull applikazzjoni, kemm l-awtoritajiet tal-pajjiż ta' oriġini u dak ospitanti jistgħu jitolbuk ħlas biex jeżaminaw il-fajl tiegħek. Jekk jiġri hekk, għandek tirċievi fattura separata mingħand kull awtorità.

L-awtoritajiet jistgħu jitolbuk ukoll kopji ċċertifikati tad-dokumenti tiegħek, jekk ma jistgħux jivverifikaw il-validità tagħhom.

L-EPC hi valida:

Jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti ma jiħdux deċiżjoni fi żmien l-iskadenzi ta' żmien legali, il-kwalifiki tiegħek ikunu qed jiġu rikonoxxuti b'mod impliċitu u tista' tiġġenera ċertifikat tal-EPC mill-kont online tiegħek.

Jekk l-awtoritajiet jirrifjutaw l-applikazzjoni tiegħek, għandhom jispjegaw għaliex u kif int tista' tappella.

Proċeduri u skadenzi ta' żmien

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Se niċċaqlaq b'mod permanenti u nixtieq nipprattika l-professjoni tiegħi fil-pajjiż ospitanti tiegħi

Dan hu x'jiġri hekk kif tibgħat l-applikazzjoni tiegħek:

  • fi żmien ġimgħa: l-awtorità tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek tikkonferma li waslitilha l-applikazzjoni tiegħek u tinfurmak jekk hemmx xi dokumenti nieqsa, u dwar kwalunkwe tariffa li tapplika
  • l-awtorità tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek għandha sa xahar biex teżamina l-applikazzjoni tiegħek u tgħaddiha lill-pajjiż ospitanti
  • jekk int spiżjar jew infermier u tibbenefika minn rikonoxximent awtomatiku, il-pajjiż ospitanti jieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' xahrejn (xahar + żewġ estensjonijiet ta' ġimagħtejnen) rikonoxximent awtomatiku
  • jekk ma tibbenefikax minn rikonoxximent awtomatiku, il-pajjiż ospitanti jieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' 3 xhur (xahrejn + żewġ estensjonijiet ta' ġimagħtejnen)
  • jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti jsibu li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-esperjenza professjonali tiegħek ma jilħqux l-istandards meħtieġa f'dak il-pajjiż, jistgħu jitolbuk tagħmel test tal-aptitudni jew traineeship ta' adattament.

Irrid nipprovdi s-servizzi tiegħi b'mod temporanju fil-pajjiż ospitanti tiegħi

Dan hu x'jiġri hekk kif tibgħat l-applikazzjoni tiegħek:

  • fi żmien ġimgħa: l-awtorità tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek tikkonferma li waslitilha l-applikazzjoni tiegħek u tinfurmak jekk hemmx xi dokumenti nieqsa, u dwar kwalunkwe tariffa li tapplika
  • l-awtoritajiet fil-pajjiż ospitanti wkoll se jiċċekkjaw il-fajl tiegħek, jekk il-professjoni tiegħek jistax ikollha impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà pubblika u jekk tistax tibbenefika minn rikonoxximent awtomatiku
  • jekk il-kontrolli tal-pajjiż ospitanti m'humiex meħtieġa, l-awtorità tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek se tirrevedi l-applikazzjoni tiegħek u tieħu deċiżjoni finali fi żmien massimu ta' 3 ġimgħat
  • jekk huma meħtieġa l-kontrolli mill-pajjiż ospitanti, l-awtorità tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek għandha sa xahar biex teżamina l-applikazzjoni tiegħek u tgħaddiha lill-pajjiż ospitanti
  • il-pajjiż ospitanti jieħu deċiżjoni finali fi żmien massimu ta' 3 xhur (xahrejn + żewġ estensjonijiet ta' ġimagħtejn)

Jekk l-awtoritajiet jirrifjutaw l-applikazzjoni tiegħek, għandhom jispjegaw għaliex u kif int tista' tappella.

Jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti jsibu li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-esperjenza professjonali tiegħek ma jilħqux l-istandards meħtieġa f'dak il-pajjiż, jistgħu jitolbuk tagħmel test tal-aptitudni jew traineeship ta' adattament.

Jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti ma jiħdux deċiżjoni fi żmien l-iskadenzi ta' żmien legali, il-kwalifiki tiegħek ikunu qed jiġu rikonoxxuti b'mod impliċitu u tista' tiġġenera ċertifikat tal-EPC mill-kont online tiegħek.

Iċċekkja l-formalitajiet tal-EPC f'pajjiżek

Simulatur

Jekk is-simulatur ma joffrilekx ċerti opzjonijiet, dan ifisser li l-pajjiżi kkonċernati għadhom ma pprovdewx l-informazzjoni rilevanti. Inti tista' taċċessa l-proċedura tal-EPC u tissottometti applikazzjoni; l-awtoritajiet jinfurmawk dwar ir-rekwiżiti u t-tariffi tad-dokument

Il-professjoni tiegħek mhix regolata fil-pajjiż ospitanti.
L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali qed tiġi pproċessata

Aċċess għall-proċedura tal-EPC

Ippermetti lil dawk li jħaddmuk jivverifikaw il-validità tal-EPC tiegħek

Dawk li jħaddmuk, l-organizzazzjonijiet professjonali, jew partijiet ikkonċernati oħrajn jistgħu jivverifikaw online il-validità tal-EPC tiegħek billi jużaw in-numru ta' referenza fuq iċ-ċertifikat tiegħek.

Biex jiċċekkjaw l-EPC tiegħek, huma se jkollhom bżonn ukoll id-data ta' identifikazzjoni personali (numru tal-ID jew tal-passaport) li tkun tajt meta ssottomettejt l-applikazzjoni tiegħek.

Iċċekkja l-validità tal-EPC

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: