L-ikel
Il-prodotti kollha tal-ikel u tax-xorb mibjugħa fl-UE jridu jippreżentaw informazzjoni essenzjali li tgħin lill-konsumaturi finali jagħmlu għażliet infurmati waqt ix-xiri. Jekk qed tippjana li timmanifattura, timporta jew tbigħ xi prodotti tal-ikel fl-UE, sir af x’inhuma r-responsabbiltajiet tiegħek fejn jidħol it-tikkettar:
Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tagħti informazzjoni dwar il-kontenut tal-enerġija u tan-nutrijenti fi prodott. Din hi meħtieġa għall-ikel u x-xorb kollu ppakkjat minn qabel li jinbiegħu fl-UE.
Jekk il-prodotti tal-ikel li tbigħ ikun fihom addittivi, trid tosserva r-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar skont is-suq li beħsiebek tuża. Sir af x’inhuma l-obbligi tiegħek:
Is-supplimenti tal-ikel huma sorsi kkonċentrati ta’ nutrijenti jew sustanzi oħra b’effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-għan tagħhom ikun li jissupplimentaw lil dieta normali. Sew jekk timmanifattura, sew jekk tbigħ u sew jekk timporta xi supplimenti tal-ikel, trid tiżgura li l-prodotti jimxu mar-regoli tal-UE.
Jekk in-negozju tiegħek jista’ jagħti prova xjentifika li l-prodott tal-ikel tiegħek għandu benefiċċji nutrittivi u/jew tas-saħħa, hemm regoli speċifiċi applikabbli biex turi dawk l-indikazzjonijiet.