L-aħħar verifika: 31/10/2022
Xiri ta’ mediċini f’pajjiż ieħor tal-UE
Jista' jkollok bżonn tixtri mediċina bir-riċetta minn xi spiżerija meta tinzerta f'pajjiż tal-UE ieħor. Biex tagħmel dan, għandek tiżgura li r-riċetta tinkludi l-informazzjoni korretta. Dan japplika wkoll jekk tixtieq tixtri mediċina minn spiżerija f’pajjiżek b’riċetta ta’ tabib barra minn pajjiżek. Għandek tkun taf ukoll ir-regoli dwar l-ispejjeż tal-ispiżerija u kif tingħata rimborż.
Il-mediċina li ma tirrikjedix riċetta tat-tabib tista’ tinxtara fl-UE kollha u mhix qed tkun ikkunsidrata hawn. Jekk tixtri mediċina online, japplikaw regoli speċifiċi skont il-pajjiż fejn tkun tinsab.
Skopri dwar: