Reġistrazzjoni ta’ twelid

Ir-reġistrazzjoni ta’ twelid hija obbligatorja fil-pajjiżi kollha tal-UE iżda r-regoli u l-kundizzjonijiet biex isir dan ivarjaw minn pajjiż għal ieħor. F’xi pajjiżi, il-proċess ta’ reġistrazzjoni jista’ jitlesta online jew fl-isptar fejn titwieled it-tarbija. F’pajjiżi oħra, trid tirreġistra t-twelid tat-tarbija tiegħek personalment fl-uffiċċju tal-amministrazzjoni lokali rilevanti, u jista’ jkollok tħallas tariffa. Trid tirrispetta kwalunkwe skadenza għar-reġistrazzjoni li tapplika f’pajjiżek, inkella tista’ tkun soġġett għal penali.

Biex tlesti l-proċess ta’ reġistrazzjoni, se jkollok tipproduċi ċerti dokumenti u tipprovdi informazzjoni speċifika. Dan jinkludi informazzjoni personali dwar it-tarbija tiegħek (eż. isem/ismijiet u sess) u dwarek bħala ġenitur(i) (eż. isem, professjoni). Ir-regoli dwar min jista’ jirreġistra twelid u d-dokumenti meħtieġa jiddependu fuq is-sitwazzjoni partikolari tiegħek u huma definiti mir-regoli nazzjonali.

Ladarba jitlesta l-proċess ta’ reġistrazzjoni, normalment jinħariġlek ċertifikat tat-twelid fuq il-post għal reġistrazzjonijiet wiċċ imb wiċċ. Għal reġistrazzjonijiet online tirċievi ċ-ċertifikat tat-twelid bil-posta jew b’mod diġitali. F’xi każijiet, jista’ jkollok tħallas tariffa.
Jekk it-tarbija tiegħek titwieled barra pajjiżek, ikollok issegwi r-regoli ta’ reġistrazzjoni tal-pajjiż fejn tkun twieldet it-tarbija tiegħek. Madankollu, normalment tkun tista’ tirreġistra t-twelid f’pajjiżek ukoll.

Biex issib aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ twelid, iċċekkja s-sit web tal-pajjiż rilevanti tal-UE hawn taħt.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 21/08/2024
Ikkondividi din il-paġna