Użu u aċċess għall-internet

Akkwist ta' konnessjoni tal-internet

Kull fejn tkun fl-UE jeħtieġlek tkun tista' taċċessa servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi ta' kwalità tajba bi prezz li tiflaħ tħallsu - inkluż l-aċċess bażiku għall-internet. Dan hu magħruf bħala d- dispożizzjoni tas-"servizz universali". Jeħtieġ li jkun hemm tal-anqas fornitur tal-internet wieħed li jista' jipprovdilek dan is-servizz.

Twissija

F'xi każijiet speċifiċi, bħal pereżempju kwistjonijiet dwar il-fattibbiltà teknika ta' talba, it-talba tiegħek tista' ma titqiesx "raġonevoli" u tiġi rifjutata.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali en f'pajjiżek. Huma jqabbduk mal-fornitur tas-servizzi universali.

Internet miftuħ

Ir-regoli tal-UE dwar l-internet miftuħ jagħtuk id-dritt bħala utent li taċċessa u/jew tiddistribwixxi kwalunkwe kontenut u servizzi online li tagħżel. Il-fornitur tal-internet tiegħek ma jistax jibblokkak, inaqqas jew jiddiskrimina kontra kwalunkwe kontenut, applikazzjoni jew servizz online, ħlief fi 3 każijiet speċifiċi:

  • biex jikkonforma mal- obbligi legali, bħall-inġunzjoni tal-qorti li tibblokkja kontenut illegali speċifiku
  • biex jippreserva s- sigurtà u l-integrità tan-network, pereżempju biex jikkumbatti l-viruses jew il-malware
  • biex jimmaniġġja konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-network

Storja bħala eżempju

Tista' taċċessa l-kontenut online li tixtieq

John, mill-Irlanda, reċentement beda impjieg ġdid fil-Ġermanja. Hu xtaq juża app għal sejħiet bil-video biex jitkellem mal-familja tiegħu sabiex ikun jista' jiffranka l-ispejjeż tat-telefonati. Kien kuntent li skopra li kellu għażla bejn apps differenti għal sejħiet bil-video li seta' juża bla ħlas permezz tal-konnessjoni tiegħu tal-internet.

Ir-regoli tal-UE jipprojbixxu lill-fornituri tal-aċċess tal-internet milli jibblokkaw l-applikazzjonijiet jew li jitolbu aktar flus biex jintużaw l-apps għal sejħiet bil-video.

Kuntratti mal-fornitur tal-internet

Qabel ma tiffirma kuntratt għas-servizzi tal-internet, il-fornitur tal-internet tiegħek għandu jagħtik informazzjoni dwar:

  • il-prezzijiet, ir-rati u l-miżati, inklużi l-għażliet u l-pakketti
  • it-termini u l-kondizzjonijiet standard
  • il-kwalità tas-servizz (pereżempju, il-veloċità tal-iddawnlowdjar).

Wara li tiffirma kuntratt, il-fornitur tal-internet tiegħek għandu ukoll:

  • javżak sew minn qabel jekk ikun irid jibdel il-kuntratt (bħal pereżempju jgħolli r-rati)
  • jippermettilek toħroġ mill-kuntratt mingħajr ma tiġi ppenalizzat jekk ma taċċettax kwalunkwe kundizzjoni ġdida
  • joffrilek perjodi ta' kuntratt minimi raġonevoli – kuntratt għal perjodu inizjali ugwali jew iqsar minn 12-il xahar; kuntratti li jaqbżu sentejn huma illegali

Storja bħala eżempju

Kuntratti twal huma illegali

Enrique xtaq idaħħal l-internet fl-appartament waqt is-sena ta' skambju universitarju li kellu f'Berlin - iżda bosta fornituri qalulu li l-abbonament minimu kien ta' sentejn.

Wara li kkonsulta l-awtorità nazzjonali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u skopra drittijiet tiegħu, Enrique reġa' kkuntattja l-fornituri u rnexxielu jagħmel abbonament ta' sena biss.

Aktar appoġġ għall-utenti b'diżabbiltà

Jekk int utent b'diżabbiltajiet, int intitolat għall-istess firxa u għażla ta' servizzi li minnhom igawdu l-konsumaturi l-oħrajn.

Għandek imnejn tkun ukoll eleġibbli għal apparat ta' aċċessibilità speċjali mingħand il-fornitur tas-servizz tiegħek - bħal software li jkabbar it-tipa jew qarrej tal-iskrin, jekk inti nieqes mid-dawl.

L- awtoritajiet regolatorji nazzjonali en tiegħek għandhom ikunu jistgħu jipprovduk b'aktar dettalji dwar dawn id-drittijiet tal-aċċess.

Storja bħala eżempju

Is-servizzi għandhom ikunu disponibbli għal utenti b'diżabbiltà

Véronique, minn Franza, għandha viżjoni limitata u għandha problemi biex taqra s-siti web.

Fuq parir ta' ħabiba, ikkuntattjat il-fornitur tas-servizzi universali fi Franza biex tistaqsi dwar soluzzjonijiet li jistgħu jgħinuha. Il-fornitur wassal skrin lill-qarrej li jippermetti li Véronique taqra u taċċessa informazzjoni online.

Siti elettroniċi tal-gvern isiru aċċessibbli għall-utenti kollha

Is-siti web tas-settur pubbliku/tal-gvern fil-pajjiż tal-UE għandhom jirrispettaw l-istandards stretti tal-aċċessibbiltà tal-web. Is-siti web aċċessibbli jagħtu aċċess indaqs lill-utenti kollha għal informazzjoni u funzjonalitajiet ta' sit web. Il-kontenut għandu jkun kompatibbli wkoll mal-browsers kollha, it-tagħmir, is-software u t-teknoloġiji ta' assistenza bħal qarrejja tal-iskrin.

Twissija

Ir-regoli ta' aċċessibbiltà tal-UE ma japplikawx għal siti web u apps tal-mobile li huma proprjetà ta' xandara tas-servizz pubbliku u materjal awdjoviżiv live. F'xi pajjiżi tal-UE, ir-regoli ma japplikawx ukoll għall-iskejjel, il-kindergartens u n-nurseries.

Standards ta' aċċessibbiltà tal-UE

Fil-prattika, is-siti web tas-settur pubbliku tal-UE li żżur għandhom jirrispettaw ċerti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, inkluż:

  • ikollhom dikjarazzjoni ċara dwar l-aċċessibbiltà
  • jużaw test alternattiv għal kontenut li mhux test, bħar-ritratti u l-videos
  • jużaw is- sottotitlifuq kontenut awdjoviżiv irrekordjat minn qabel
  • jiżguraw li l-kontenut tagħhom hu strutturat b'mod korrett u jużaw b'mod ċar l-elementi indikati (pereżempju, il-headings u l-links) - dan jagħmilha eħfef jekk jeħtieġlek tuża teknoloġija assistiva bħal qarrej tal-iskrin
  • jużaw links, headings u labels deskrittivi u li jinftiehmu faċilment
  • jiżguraw li tkun tista' tinnavigafuq il-paġna billi tuża biss il- keyboard tiegħek
  • jippermettulek li tirrevedi u tikkorreġi formoli qabel tibgħathom
  • b'mod ċar jimmarkaw jew jispjegaw kwalunkwe żball li tagħmel waqt il-mili ta' formola

Aktar informazzjoni dwar l-istandards internazzjonali tal-aċċessibbiltà għall-web hi disponibbli mid- W3C (l-Inizjattiva ta' Aċċessibbiltà tal-Web) en .

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 20/11/2023
Ikkondividi din il-paġna