Ħajja u vjaġġar
L-aħħar verifika: 21/02/2019

L-Erasmus għall-imprendituri żgħażagħ

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Imprendituri ġodda – kif tikkwalifika għall-iskema

Jekk għadek kif bdejt negozju jew beħsiebek tibda wieħed, tista' tikkwalifika għall-iskema ta' skambju Erasmus għall-imprendituri żgħażagħ.

L-iskema - li hi parzjalment iffinanzjata mill-UE - tippermettilek tqatta' xi żmien f'pajjiż ieħor tal-UE biex taħdem u titgħallem minn imprenditur tal-esperjenza. Jekk jogħġbok innota li din hi skema ta' skambju, mhux impjieg bi ħlas.

Biex tikkwalifika għall-iskema, trid tkun tista' turi l-motivazzjoni tiegħek u l-intenzjoni soda li tibda negozju. Ikollok tippreżenta idea konkreta ta' negozju, inkluż pjan ta' negozju realistiku. Jeħtieġlek ukoll li tkun tista' tikkomplementa l-fondi tal-programm kif ikun hemm bżonn biex tkopri l-ispejjeż tas-soġġorn tiegħek barra pajjiżek.

Tista' xorta tapplika anke jekk tkun diġà bdejt negozju. L-importanti li ma tkunx ilek tmexxi n-negozju għal aktar minn 3 snin meta tapplika.

Għandu jkollok aktar minn 18-il sena u tkun resident f'pajjiż tal-UE jew f'pajjiż li jagħmel parti mill-ftehim COSME għal dawn l-aħħar 180 jum.

Tul tal-iskema

It-tul tal-iskema hu ta' bejn xahar u 6 xhur. Hu rakkomandat li tagħmel l-iskambju kollu mingħajr interruzzjoni, iżda hu possibbli li taqsam iż-żjara tiegħek f'diversi partijiet, sakemm tispiċċa fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-programm.

Lil min għandek tikkuntattja

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi hemm punti ta' kuntatt lokali (Organizzazzjoni Intermedjarja - OI). Dawn jiggwidawk fl-applikazzjoni u l-proċess ta' skambju u jħallsu l-appoġġ finanzjarju tiegħek. F'każ li ma jkunx hemm OI f'pajjiżek, tista' tikkuntattja OI f'pajjiż ieħor.

Appoġġ finanzjarju tal-UE

Tista' tapplika għal għajnuna finanzjarja sabiex tgħinek fl-ispejjeż tal-ħajja tiegħek ta' kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar waqt li qed tipparteċipa fil-programm. L-ammont li tirċievi jvarja minn pajjiż għal ieħor.

Għajnuna finanzjarja skont il-pajjiż

Żjarat fil-pajjiż fejn joqgħod l-imprenditur il-ġdid L-ammont li jingħata kull xahar waqt li tkun fil-pajjiż (f'euro)
Id-Danimarka 1100
L-Irlanda, ir-Renju Unit 1000
Il-Finlandja, l-Iżvezja 950
L-Awstrija, Franza, l-Iżlanda, l-Italja 900
Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, il-Lussemburgu, in-Nertherlands 830
Ċipru, il-Greċja, il-Portugall 780
It-Turkija 750
Il-Kroazja, Malta, is-Slovenja 720
L-Estonja, l-Ungerija 670
L-Armenja, iċ-Ċekja, il-Latvja, il-Polonja, is-Slovakkja 610
Il-Bulgarija, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Litwanja, il-Montenegro, ir-Rumanija, is-Serbja 560
L-Albanija, il-Moldova. 530
Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE, l-OCTs u imprendituri bi bżonnijiet speċjali 1100

Kif tapplika

Dokumenti meħtieġa biex tapplika:

Għal aktar tagħrif tista' tikkonsulta l- Gwida ta' reġistrazzjoni għall-imprendituri ġoddapdfen

Kif issir ospitant u tilqa' imprenditur ġdid

Jekk inti imprenditur ta' suċċess u bl-esperjenza jew is-sid ta' negozju żgħir, tista' tikkwalifika biex tospita imprenditur ġdid. Tista' tibbenefika int stess meta tkun parti minn din l-iskema b'diversi modi, pereżempju:

Kif tapplika bħala l-parti li tospita

X'għandek bżonn biex tipparteċipa bħala ospitant fil-programm

Tista' taqra aktar dwar xi jkun jinvolvi r-rwol tiegħek fil- Gwida għall-imprendituri ospitantipdfen

Suġġetti relatati

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: