L-aħħar verifika: 05/08/2020

Responsabbiltajiet tal-iskart WEEE

Il-Brexit affettwak?

Jekk inti timmanifattura, tqassam jew tbigħ tagħmir elettriku u elettroniku bħal kompjuters, friġġis, telefowns ċellulari, il-liġijiet nazzjonali u tal-UE jeħtieġu li int tikkontribwixxi biex tiżgura li dan jintrema u jiġi ttrattat kif suppost. Dan ifisser:

L-iskart iġġenerat minn dawn il-prodotti jissejjaħ WEEE: Skart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku. Tista' ssib lista indikattiva tat-tagħmir li jaqa' taħt il-liġijiet relatati fid- direttiva dwar il-WEEEhren .

Irreġistra mal-awtoritajiet nazzjonali tal-WEEE

Trid tirreġistra l-kumpanija tiegħek mal-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-WEEE f' kull pajjiż tal-UE (F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE flimkien mar-Renju Unit, l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera) fejn int tbigħ il-prodotti tiegħek. Tista' ssib id-dettalji ta' kuntatt tar-reġistri nazzjonali fin- Network Ewropew ta' Reġistri WEEEen.

Issottometti rapport

Hekk kif tibda tbigħ prodotti bit-tikketta WEEE fis-suq tal-UE, inti trid tissottometti lill-awtoritajiet nazzjonali rapport regolari bid-dettalji tat-tipi ta' tagħmir li int immanifatturajt, qassamt jew bigħt, u f'liema ammonti.

Tista' tikseb il-formati għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar mir-reġistri nazzjonali. 

Immaniġġja l-iskart EEE tiegħek

Trid tikkontribwixxi biex it-tagħmir li inti timmanifattura, twassam jew tbigħ jintrema b'mod xieraq ladarba l-konsumatur jarmih. Inti tista' tagħżel li tissieħeb ma' skema ta' konformità kollettiva mal-WEEE, jew li tistabbilixxi l-iskema tiegħek stess.

Ingħaqad ma' skema ta' konformità eżistenti jew stabbilixxi waħda individwali

Skemi ta' konformità kollettivi

Jeżistu skemi ta' konformità kollettivi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, imwaqqfa mis-settur privat jew mill-gvern. L-iskemi jippermettu lill-manifatturi, lid-distributuri u lill-bejjiegħa li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fuq il-ġestjoni tal-iskart b'mod konġunt. Dawn jaħdmu fuq bażi ta' sħubija mħallsa.

Minbarra l-finanzjament u l-organizzazzjoni tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-WEEE għall-membri tagħhom, is-servizzi tal-iskemi jistgħu jinkludu:

Skemi ta' konformità individwali

Skont it-tip u l-ammont ta' prodotti li tipproduċi jew tqassam, tista' tkun kapaċi tistabbilixxi l-iskema ta' konformità tiegħek stess. Dan jista' jkun il-każ jekk inti tbigħ apparat speċifiku mmanifatturat f'serje limitata għal industrija speċifika, bħal apparati mediċi użati fl-isptarijiet. Żomm f'moħħok li r-regoli dwar skemi bħal dawn jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż.

Għal informazzjoni dwar skemi ta' konformità kollettivi jew individwali f'pajjiż partikolari tal-UE, iċċekkja r-reġistri nazzjonali li hemm link għalihom min- Network Ewropew ta' Reġistri WEEEen.

REFERENZI:

Id-Direttiva tal-UE li tistabbilixxi l-format għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni għall-produtturi u l-manifatturi tal-WEEE

Id-Direttiva tal-UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: