L-aħħar verifika : 22/08/2018

Ikseb liċenzja tas-sewqan fl-UE

Biex tikseb liċenzja tas-sewqan tal-UEdefrbgelcsdaetfihuitlvltnlplptroskslessven trid:

Iċċekkja r-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-validità tal-liċenzji tas-sewqan fl-UE.

Post tar-residenza abitwali

Tista' tapplika għal liċenzja fil-pajjiż biss fejn int resident abitwali jew regolari.

Trid tgħix hemm tal-inqas 185 jum f'kull sena kalendarja minħabba raġunijiet personali jew relatati max-xogħol.

Jekk għandek raġunijiet personali jew relatati max-xogħol f'2 pajjiż jew aktar tal-UE, il-post ta' residenza abitwali tiegħek huwa l-post fejn għandek rabtiet personali, sakemm tmur hemm regolarment. M'għandekx bżonn tissodisfa din l-aħħar kundizzjoni jekk qed tgħix f'pajjiż tal-UE biex twettaq xogħol għal perjodu ta' żmien fiss.

Jekk tmur f'pajjiż barrani biex tistudja f'kulleġġ jew università, il-post ta' residenza abitwali tiegħek ma jinbidilx. Iżda xorta tista' tapplika għal liċenzja tas-sewqan fil-pajjiż tal-UE jekk tista' turi li ilek tistudja hemmhekk għal tal-inqas 6 xhur.

Rekwiżiti tal-età

Sib jekk għandekx l-età biex issuq il-vettura li tixtieq issuq:

Kategorija

Tip ta' vettura

Età minima

AM
A1
B1

Mopeds
Muturi ħfief
Kwadriċikli

16

A2
B, BE
C1, C1E

Muturi standard
Karozzi
Vetturi ta' daqs medju

18

A

Muturi tqal

20

C, CE
D1, D1E

Vetturi kbar
Minibuses

21

D, DE

Xarabanks

24

F'xi pajjiżi tal-UE, dawn il-limiti minimi tal-età jistgħu jkunu ogħla jew iktar baxxi, jew jista' jkun hemm xi rekwiżiti addizzjonali.

B'mod ġenerali, biex tapplika għal liċenzja tal- kategorija A2, irid ikollok tal-anqas sentejn esperjenza fuq mutur fil-kategorija A1.

Biex tapplika għal liċenzja tal- kategorija A, irid ikollok tal-anqas sentejn esperjenza fil-kategorija A2.

Inkella, tista' taċċessa l-kategorija magħżula tiegħek direttament f'età minima superjuri, li normalment hija ta' 24 sena.

M'hemmx limiti massimi ta' età għal liċenzja tas-sewqan. Tista' żżommha sakemm ikollok il- kapaċità medika biex issuq.

Stat mediku

Qabel ma pajjiż tal-UE joħroġ liċenzja tas-sewqan, l-awtoritajiet iridu jiċċekkjaw li tinsab fi stat mediku tajjeb biżżejjed biex issuq.

Il-valutazzjonijiet mediċi jvarjaw, skont il-kategorija tal-liċenzja, iżda normalment ikopru:

Xi pajjiżi jistgħu jirrikjedu kontroll mediku kull darba li ġġedded il-liċenzja tas-sewqan tiegħek jew wara li tilħaq ċerta età.

Jekk int sewwieq ta' trakk jew xarabank, trid tagħmel eżami mediku kull 5 snin. Sewwieqa professjonali oħra, bħal sewwieqa ta' taksi u ambulanza jista' jkollhom bżonn ukoll jagħmlu testijiet mediċi regolari.

Taħriġ tas-sewwieqa u testijiet tas-sewqan

Ma hemmx regoli tal-UE dwar it-taħriġ tas-sewwieqa, l-iskejjel tas-sewqan jew l-għalliema tas-sewqan. Għalhekk kull pajjiż tal-UE jista' jagħżel kif ifassal u jistruttura t-taħriġ għas-sewwieqa.

Madankollu, jeżistu standards minimi tal-UE:

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż

Iċċekkja r-regoli dwar l-età, ir-rekwiżiti mediċi u tat-test tas-sewqan fil-pajjiż fejn trid tikseb il-liċenzja tas-sewqan tiegħek:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaltenlt
  • il-Lussemburguludeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlennl
  • il-Polonjaplenpl
  • il-Portugallptenpt
  • il-Ġermanjadedeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unitgben
  • ir-Repubblika Ċekaczcsen
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjask

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Sib għajnuna u pariri miċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżeken

Ikkondividi din il-paġna: