Formoli standard għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali
Formoli li jiċċertifikaw is-sitwazzjoni tal-benefiċċji (sigurtà soċjali) tiegħek meta tiċċaqlaq fi ħdan l-UE
Dawn il-formoli huma utli biex teżerċita drittijietek għall-benefiċċji bħala ċittadin tal-UE li tgħix u/jew taħdem f' pajjiż tal-UE li mhux pajjiżek - jew għamilt dan fil-passat.
Il-formoli f'din il-paġna huma validi jekk int tgħix legalment f'pajjiż tal-UE, hi x'inhi n-nazzjonalità tiegħek.
Formola |
Għan |
Awtorità emittenti u użu |
---|---|---|
A1 |
Dikjarazzjoni ta' leġiżlazzjoni applikabbli. Utli biex turi li ħallast il-kontribuzzjonijiet soċjali f'pajjiż ieħor tal-UE – jekk int issekondat barra minn pajjiżek jew taħdem f'pajjiżi differenti fl-istess ħin. |
Il-formola tinħareġ mill- istituzzjoni tas-sigurtà soċjali li int irreġistrat magħha fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek. |
S1
en
|
Ċertifikat ta' intitolament għall-kura tas-saħħa jekk ma tgħixx fil-pajjiż fejn int assigurat. Utli għall-ħaddiema stazzjonati, dawk li jgħixu f'pajjiż u jaħdmu f'ieħor, il-pensjonanti u l-uffiċjali ċivili u d-dipendenti tagħhom. |
Ikkuntattja lill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek biex issib l-istituzzjoni rilevanti li toħroġ l-S1 Ibagħtu lil kwalunkwe awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix. |
S2 |
Awtorizzazzjoni biex tikseb kura medika ppjanata f'pajjiż ieħor tal-UE jew tal-EFTA. Għandek tiġi trattat bl-istess mod bħar-residenti ta' dak il-pajjiż - għandu mnejn ikollok tħallas perċentwal tal-ispejjeż bil-quddiem. |
Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ibgħatha lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn sejjer għall-kura. |
S3 |
Ċertifikat ta' intitolament għall-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn kont taħdem qabel. Utli għall-ħaddiema transkonfinali rtirati li m'għadhomx assigurati fil-pajjiż fejn kienu jaħdmu qabel. |
Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ibagħtu lill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-pajjiż fejn kont taħdem bħala ħaddiem fruntalier. |
U1 |
Dikjarazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni li jridu jitqiesu meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju tal-qgħad. |
Il-formola tinħareġ mis- servizz pubbliku tal-impjiegi jew l- istituzzjoni tas-sigurtà soċjali kompetenti fl-aħħar pajjiż(i) fejn ħdimt. Ibgħatha lis-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż fejn tixtieq tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad. |
U2 |
Awtorizzazzjoni biex tkompli tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad filwaqt li tfittex xogħol f'pajjiż ieħor. |
Il-formola tinħareġ mis- servizz pubbliku tal-impjiegi jew l- istituzzjoni tas-sigurtà soċjali kompetenti fil-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol. Ibgħatha lis-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż fejn qed tfittex xogħol. |
U3 |
Ċirkostanzi li x'aktarx jaffettwaw l-intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad. Tinforma lis-servizzi tax-xogħol tal-pajjiż li jħallas il-benefiċċji bil-bidliet fis-sitwazzjoni tiegħek li jistgħu jwasslu għal reviżjoni tal-pagamenti tal-benefiċċji tiegħek. |
Is- servizz pubbliku tal-impjiegi tal-pajjiż fejn qed tfittex xogħol fuq il-bażi ta' formola U2. |
DA1 |
Tintitolak biex tirċievi kura medika taħt kundizzjonijiet speċjali riżervati għall-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE. |
Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ibgħatha lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed toqgħod. |
P1 |
Is-sommarju tad-deċiżjonijiet dwar il-pensjoni jipprovdik b'daqqa t'għajn lejn id-deċiżjonijiet meħuda fil-każ tiegħek mill-istituzzjonijiet differenti fil-pajjiżi tal-UE fejn tlabt pensjoni tax-xjuħija, tas-superstiti jew tal-invalidità |
L- awtorità tal-pensjoni fejn għamilt talba għall-pensjoni. Dan tibagħtu ladarba tirċievi d-dettalji tad-deċiżjonijiet li ħadu l-awtoritajiet differenti li trattaw it-talba tiegħek. |