Skambji u sħubijiet skolastiċi
Jekk int għalliem jew student interessat li tiżviluppa rabtiet ma’ skejjel f’pajjiżi oħra u torganizza attivitajiet ta’ mobbiltà tal-apprendiment, il-gwida tal-programm Erasmus+ dwar il-mobbiltà tal-istudenti tal-iskola u tal-persunal fl-edukazzjoni skolastika għandha tkun ta’ għajnuna għalik.
L-iskejjel jistgħu joħolqu wkoll sħubijiet ma’ skejjel u ma’ kollegi għalliema oħra permezz tal-eTwinning. L-eTwinning tipprovdi pjattaforma sikura u bla ħlas għall-għalliema u għall-istudenti fl-Ewropa kollha biex jaħdmu flimkien fuq proġetti, jiddiskutu fi gruppi online u jiżviluppaw il-ħiliet professjonali tagħhom.
L-aħħar verifika: 01/09/2026