Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fuq is-sit web Your Europe
fid-dominju: https://europa.eu/youreurope/index_mt.htm
Ma tapplikax għal kontenut jew siti web oħrajn ippubblikati f’europa.eu. Dawn is-siti
web u l-kontenut tagħhom ikollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom
stess.
Dan is-sit web huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali GROW. Is-sit web tfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200 % mingħajr problemi
- tara biżżejjed kuntrast tal-kulur
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)
Dan is-sit web hu mfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549, v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG, Web Content Accessibility Guidelines).
Status tal-konformità
Dan is-sit web hu mill-biċċa l-kbira konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1
u l-Livell 2.2 AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fl-1 ta’ Marzu 2025.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fis-26 ta’ Marzu 2025.
Il-metodu użat għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni
ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1523, huwa awtovalutazzjoni mis-servizzi
tal-Kummissjoni.
Feedback
Napprezzaw il-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web Your Europe. Għidilna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà.
- Formola tal-feedback: Tista’ tuża l-formola ta’ feedback tagħna fil-qiegħ ta’ kwalunkwe paġna (“Feedback dwar il-kwalità”). Dan il-feedback huwa anonimu. Tħallix data personali u għandek tinnota li mhux se tirċievi tweġiba.
- E-mail: Tista’ tibgħatilna email fuq your-europe@ec.europa.eu. Nagħmlu l-almu tagħna inwieġbu l-feedback dwar kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn dakinhar tal-wasla tal-inkjesta.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web Your Europe tfassal biex ikun kompatibbli mal-aktar teknoloġiji assistivi użati li ġejjin:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web Your Europe tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex
taħdem bil-kombinament partikolari ta’ browser tal-web u teknoloġija assistiva jew
plugins li jkun hemm installati fuq il-kompjuter tiegħek:
• HTML
• WAI-ARIA
• CSS
• JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web Your Europe, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Nitolbuk tikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema li ma tkunx elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web Your Europe:
- xi paġni għandhom mnejn ikollhom kuntrast baxx tal-kulur
- xi funzjonalità tista’ tkun inqas aċċessibbli jekk tintuża keyboard biss
- xi elementi tal-intestatura ma jintużawx b’mod konsistenti
- xi messaġġi ta’ żball jistgħu ma jkunux assoċjati b’mod ċar mal-kontrolli tal-formola
- xi dokumenti huma b’format PDF u mhumiex aċċessibbli