L-aħħar verifika : 06/07/2018

VAT - Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Ħallas il-VAT fil-pajjiż minn fejn tixtri

Bħala individwu privat li qed tixtri fl-UE, għandek tħallas il-VAT darba biss, fil-pajjiż minn fejn tixtri.

Tista' ġġib lura f'pajjiżek kull ma tixtri f'pajjiżi oħra tal-UE, mingħajr ma toqgħod tieqaf fil-fruntiera jew timla dikjarazzjoni għad-dwana. L-unika kondizzjoni hi li x-xiri jrid ikun għall-użu personali tiegħek jew tal-familja tiegħek, u mhux biex jerġa' jinbigħ.

Rifużjonijiet tal-VAT

Min ikun ġej minn barra l-UE hu intitolat għar-rimborż tal-VAT fuq prodotti li jkun xtara waqt iż-żjara tiegħu fl-UE jekk il-prodotti jintwerew lid-dwana dakinhar tat-tluq, fi żmien 3 xhur mix-xiri tagħhom flimkien mad-dokumenti għar-rimborż tal-VAT. Normalment dawn jitħejjew mill-bejjiegħ għalkemm, minħabba li l-iskema hi volontarja, ma jipparteċipawx in-negozjanti kollha. Xi pajjiżi jistabbilixxu valur minimu ta' xirifrdeen sabiex wieħed jikkwalifika għar-rimborż.

Ix-xiri online minn pajjiż ieħor tal-UE

Jistgħu japplikaw regoli speċjali meta tixtri prodotti minn pajjiż ieħor tal-UE għal konsenja fil-pajjiż fejn tgħix. Jekk il-kumpanija li tixtri mingħandha tbigħ prodotti li jaqbżu ċertu valur f'pajjiżek, fejn jiġu mwassla l-prodotti, din ma tistax tiċċarġja l-VAT fil-pajjiż minn fejn tixtri.

Minflok, iridu japplikaw il- VAT fil-pajjiż fejn titwettaq il-konsenja tal-prodotti – VAT ta' destinazzjoni. L- ammont massimu għal dan il-bejgħ transkonfinali huwa stabbilit minn kull pajjiż tal-UEpdfen għal EUR 35,000 jew EUR 100,000. Dan ifisser li ħafna bejjiegħa bl-imnut online li jwettqu konsenji fl-UE ikollhom japplikaw ir-regola tal-VAT tad-destinazzjoni.

Storja bħala eżempju

Xi kultant jista' jkollok tħallas rata ogħla ta' VAT

Lucie, mill-Belġju, ordnat ktieb minn bejjiegħ kbir online fir-Renju Unit. Meta ħallset għall-ordni u ttajpjat l-indirizz tagħha, innotat li l-prezz għola f'daqqa. Iċċekkjat għala ġara dan u skopriet li l-kumpanija ġegħlitha tħallas il-VAT Belġjana ta' 6% minflok il-VAT ta' 0% tar-Renju Unit.

Fil-Belġju, il-limitu massimu biex tkun tista' twassal prodotti mingħajr ma tħallas il-VAT Belġjana hu ta' EUR 35 000. Dan ifisser li kumpanija li tbigħ aktar minn EUR 35,000 fi prodotti lejn il-Belġju matul is-sena finanzjarja preċedenti għandha tapplika r-rata tal-VAT tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Il-kumpanija li ordnat mingħandha Lucie spiss tibgħat prodotti lejn il-Belġju u għalhekk għandha tiċċarġja l-VAT Belġjana, minkejja li l-ktieb tagħha qed jintbagħat mir-Renju Unit.

Din ir-regola ma tapplikax għal oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet.

Dazju tas-sisa

Jekk tixtri prodotti tat-tabakk jew xarbiet alkoħoliċi online minn pajjiż ieħor tal-UE, il- prezz se jinkludi d-dazji tas-sisa, irrispettivament mill-kwantità u anke jekk l-oġġetti jkunu rigal.

In-negozjant huwa responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa dovut fil-pajjiż tal-UE ta' destinazzjoni.

Għalhekk għandek tistenna li l-prezz għal dawn it-tipi ta' oġġetti jirrifletti l-ispiża tad-dazju tas-sisa. Jekk il-prezz hu baxx ħafna, ara li tiċċekkja mal-bejjiegħ jekk id-dazju jkunx tħallas qabel ma tagħmel l-akkwist. Jekk il-bejjiegħ ma ħallasx id-dazju tas-sisa, l-oġġetti tiegħek jistgħu jiġu kkonfiskati mid-dwana mal-wasla jew jista' jkun li jkollok tħallas id-dazju tas-sisa inti stess. Dejjem għandek tiżgura li l-bejjiegħ iħallas id-dazju tas-sisa neċessarju fil-pajjiż tal-UE ta' destinazzjoni.

Jekk tixtri oġġetti online minn barra l-UE, il-VAT, id-dwana u d-dazju tas-sisa huwa dejjem dovut.

Eċċezzjoni għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi

Il-VAT fuq is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi tiġi ċċarġjata fil-pajjiż ta' residenza tiegħek (il-pajjiż fejn int stabbilit, fejn għandek l-indirizz permanenti jew fejn tgħix normalment), u mhux fil-pajjiż minn fejn tixtri s-servizz. Dawn ir-regoli japplikaw għal servizzi akkwistati kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-UE.

Storja bħala eżempju

Il-VAT fuq il-kontenut diġitali jiġi mill-pajjiż ta' residenza

Senta, tgħix l-Iżvezja u tixtri l-kotba elettroniċi minn bejjiegħ tal-kotba online Finlandiż. Il-fornitur Finlandiż għandu jiċċarġjaha l-VAT Żvediża mhux dik Finlandiża.

Eċċezzjonijiet għal servizzi oħrajn mixtrija online

Meta tixtri servizzi online minn negozjant stabbilit fl-UE, inti tħallas il-VAT bir-rata tal-pajjiż fejn huwa stabbilit in-negozjant. Din ir-regola tapplika wkoll jekk tgħix f'pajjiż differenti tal-UE minn dak tan-negozjant.

Storja bħala eżempju

Il-ħlas tal-VAT fil-pajjiż fejn huwa stabbilit in-negozjant

Joao jmexxi kumpanija ta' konsulenza li hija bbażata f'Liżbona. Huwa jipprovdi servizzi ta' konsulenza lil individwu privat li jgħixu f'Kopenħagen. Peress li l-kumpanija ta' Joao hija rreġistrata fil-Portugall, huwa għandu jiċċarġja lill-klijent Daniż tiegħu l-VAT Portugiża.

Madankollu, hemm bosta eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Xi wħud mill-eċċezzjonijiet l-aktar komuni huma:

Kun af li din il-lista mhijiex eżawrjenti.

Eċċezzjoni għall-karozzi

Għall-karozzi ġodda mixtrija f'pajjiż ieħor tal-UE, il-VAT titħallas fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza tiegħek, (il-pajjiż ta' residenza tiegħek). Din l-iskema tal-VAT tapplika wkoll għal modi oħra ta' trasport, bħal muturi kbar, dgħajjes u ajruplani.

Skopri aktar dwar il-ħlas tal-VAT meta tixtri karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Sib għajnuna u pariri miċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżeken

Ikkondividi din il-paġna: