Diġitalizzazzjoni ta' negozju

Meta tistabbilixxi sit web għan-negozju tiegħek, trid tiddeċiedi jekk intix se tiftaħ ħanut online minbarra s-sit web bl-informazzjoni ġenerali tiegħek.

Jekk l-idea tiegħek hija li tistabbilixxi ħanut online, tista' jew:

  • tagħmel dan inti stess bir-riżorsi tiegħek stess
  • tqabbad fornitur ta' ħanut online u tiżviluppah b'mod estern

Fi kwalunkwe każ, hemm affarijiet speċifiċi li wieħed għandu jżomm f'moħħu biex joffri lill-klijenti esperjenza trasparenti u faċli għall-utent.

Jekk tagħżel li tuża pjattaforma ta' parti terza, li hi kwalunkwe software żviluppat esternament għalik jew għall-fornitur tas-sit web ewlieni tiegħek, hemm ċerti elementi addizzjonali x'jiġu kkunsidrati.

Jekk tagħżel li tistabbilixxi ħanut online int stess, żgura li jkun konformi mar-regoli u r-regolamenti.

Fil-każijiet kollha, kun lest li tiżgura s-sit web tiegħek kontra kwalunkwe theddid li fl-aħħar mill-aħħar jista' jolqot lin-negozju tiegħek, bħal serq ta' data.

Ladarba tkun lestejt bejgħ online, ftakar li tikkunsidra wkoll l-obbligi tiegħek relatati mal-kunsinna, l-issodisfar, u kwalunkwe tip ta' servizz għall-klijent.

Il-promozzjoni tan-negozju tiegħek online hija parti importanti oħra tad-diġitalizzazzjoni. Ftakar li għandek taderixxi ma' regoli speċifiċi relatati mal-prattiki tan-negozju online biex iżżomm l-isforzi promozzjonali tiegħek ġusti u trasparenti għall-klijenti tiegħek. 

L-aħħar verifika: 01/06/2022
Ikkondividi din il-paġna