Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 30/04/2018

Obbligi ta' manteniment - appoġġ għall-membri tal-familja

Ir-regoli dwar l-obbligi tal-manteniment ivarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor, u l-grad ta' appoġġ mhuwiex l-istess kullimkien. Madankollu, japplikaw ir-regoli tal-UE jekk teħtieġ tipprovdi jew tirċievi manteniment lil jew mingħand xi ħadd f'pajjiż ieħor tal-UE.

Fejn tista' tagħmel talba li tikkonċerna l-manteniment?

Tista' tagħmel talba li tikkonċerna l-manteniment prinċipalment mal-qrati:

Jekk l-eks konjugi jew qarib jaqbel, u skont ċerti kundizzjonijiet, tistgħu tagħżlu flimkien liema qorti għandha teżamina l-każ tagħkom. Però dan ma japplikax jekk it-tilwima tikkonċerna obbligi ta' manteniment lejn tfal taħt it-18. 

Liema liġijiet japplikaw għall-każ ta' manteniment tiegħi?

F'każijiet li jinvolvu żewġ pajjiżi jew aktar tal-UE, il-liġi li tirregola l-manteniment mhix neċessarjament il-liġi tal-pajjiż fejn int tista' tagħmel it-talba tiegħek.

Skopri liema liġijiet japplikaw għall-każ ta' manteniment tiegħek, kif konflitt ta' liġijiet jista' jiġi solvut u x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi.

L-awtorità ċentrali responsabbli għall-manteniment fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix tista' tgħinek tintroduċi talba ta' manteniment f'pajjiż barrani: fittex l-awtorità ċentrali kkonċernata.

Infurzar tas-sentenzi ta' manteniment f'pajjiż barrani

Sentenza ta' manteniment mogħtija u ddikjarata infurzabbli f'pajjiż wieħed tal-UE, tkun infurzabbli f'pajjiż ieħor tal-UE.

Eċċezzjoni - id-Danimarka

Għal deċiżjonijiet li jsiru fid-Danimarka, teżisti proċedura ssimplifikata biex tiddikjara s-sentenzi ta' manteniment infurzabbli.

L-awtorità ċentrali responsabbli għall-manteniment fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix tista' tgħinek tirkupra l-manteniment: fittex l-awtorità ċentrali kkonċernata.

Għal informazzjoni nazzjonali dwar il-miżuri ta' infurzar, il-proċedura ssimplifikata tal-UE dwar l-infurzar tas-sentenzi dwar manteniment u l-awtoritajiet li għandhom x'jaqsmu magħhom, ara:

Agħżel il-pajjiż:

  • Ir-Renju Unit – Walesgb-wlsmt
  • Ir-Renju Unit – l-Ingilterragb-engmt
  • Ir-Renju Unit – l-Irlanda ta' Fuqgb-nirmt
  • Ir-Renju Unit – l-Iskozjagb-sctmt
  • Maltamtmt
  • Spanjaesmt
  • il-Belġjubemt
  • il-Bulgarijabgmt
  • il-Finlandjafimt
  • il-Greċjagrmt
  • il-Kroazjacrmt
  • il-Latvjalvmt
  • il-Lussemburgulumt
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlmt
  • il-Polonjaplmt
  • il-Portugallptmt
  • il-Ġermanjademt
  • ir-Repubblika Ċekaczmt
  • ir-Rumanijaromt
  • is-Slovakkjaskmt
  • is-Slovenjasimt
  • l-Awstrijaatmt
  • l-Estonjaeemt
  • l-Isvezjasemt
  • l-Italjaitmt
  • l-Ungerijahumt
  • Ċiprucymt

     

    Mistoqsijiet frekwenti

    Leġiżlazzjoni tal-UE

    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

    Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

    Ikkondividi din il-paġna: