L-aħħar verifika: 09/03/2020

Servizzi tal-linja tat-telefown fissi

Il-Brexit affettwak?

Kif tikseb linja tat-telefown fissa

Kull fejn tinsab fl- UE jeħtieġ li jkollok aċċess għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bi kwalità affordabbli – inklużi konnessjoni għal-linja tat-telefown u aċċess funzjonali għall-internet f'lok fiss.

Jeħtieġ li jkun hemm tal-anqas provveditur tat-telekomunikazzjoni wieħed li jista' jipprovdilek dan is-servizz. Dan hu magħruf bħala l-għoti tas-"servizz universali".

F'xi każijiet speċifiċi, bħal pereżempju kwistjonijiet dwar il-fattibbiltà teknika tat-talba, it-talba tiegħek tista' ma titqiesx "raġonevoli" u tiġi rifjutata.

L- awtorità nazzjonali regolatorjaen tista' tpoġġik f'kuntatt mal-provveditur universali tas-servizz f'pajjiżek.

Storja bħala eżempju

Eleni, mill-Greċja, reċentement iċċaqalqet minn Ateni lejn il-kampanja u xtaqet li jkollha konnessjoni tat-telefown tad-dar ġdida tagħha. Wara li pprovat diversi kumpaniji, li qalulha li ma kellhomx netwerk fiż-żona tagħha, hi kkuntattjat lill-awtorità nazzjonali regolatorja Griega. Dawn qalulha min kien il-provveditur universali tas-servizz, u hi setgħet takkwista l-konnessjoni għat-telefown tagħha.

Kuntratti mal-provvedituri tat-telekomunikazzjonijiet

Il-provveditur tat-telekomunikazzjonijiet tiegħek għandu:

Wara li tiffirma l-kuntratt mal-provveditur tat-telekomunikazzjoni, għandek dritt li:

Jeħtieġ li tkun dejjem tista' ċċempel in- numru ta' emerġenza l-112 – minn kwalunkwe telefown. Dan jinkludi sejħiet minn telefowns pubbliċi bi ħlas u minn mobiles.

Storja bħala eżempju

Maxime mill-Belġju rċieva ittra mill-provveditur tat-telekomunikazzjoni tal-mobile tiegħu mal-kont tat-telefown tiegħu ta' kull xahar. L-ittra qalet li kienu qed inaqqsu n-numru tal-SMSs bla ħlas fil-pakkett tiegħu. Il-provveditur offrielu pakkett differenti, aktar għali, li kien jinkludi SMSs bla limitu.

Maxime kkuntattja l-operatur tat-telekomunikazzjonijiet tiegħu u kkanċella l-kuntratt. Hu ddeċieda li jieħu kuntratt ma' provveditur differenti u seta' jżomm in-numru tal-mobile tiegħu meta għamel il-bidla.

Tinsiex li għandek id-dritt li twaqqaf il-kuntratt tiegħek jekk il-provveditur jibdel it-termini tal-kuntratt oriġinali. Jekk tmur ma' provveditur ieħor għandek ukoll id-dritt li żżomm in-numru tat-telefown tiegħek.

Assistenza għal utenti b'diżabbiltà

Jekk int utent b'diżabbiltà, għandu jkollok aċċess għall-istess servizzi ta' telekomunikazzjonijiet bħall-maġġoranza tal-konsumaturi.

Tista' wkoll tkun eliġibbli għal għodda jew servizzi speċjali mill-provveditur tas-servizzi tiegħek li jippermettulek tuża netwerks tat-telefown – pereżempju aċċess għal servizzi tat-traduzzjoni b'sinteżi vokali, jew il-possibbiltà li tirċievi l-kont tat-telefown tiegħek b'format alternattiv, bħall-braille.

L- awtorità nazzjonali regolatorjaen għandha tkun tista' tagħtik aktar informazzjoni dwar dawn id-drittijiet.

Meta ċċempel pajjiż ieħor tal-UE minn pajjiżek

Ir-regoli tal-UE jillimitaw l-ammont li tista' tiġi ċċarġjat meta ċċempel jew tibgħat SMS lejn pajjiż ieħor tal-UE minn pajjiżek. Tista' tkun iċċarġjat biss massimu ta' €0.19 (+ VAT) kull minuta għat-telefonati lejn pajjiż ieħor tal-UE, u massimu ta' €0.06 (+ VAT) għal kull SMS mibgħut minn pajjiż ieħor.

Dawn it-tariffi massimi għas-sejħiet japplikaw għat-telefonati li tagħmel jew minn linja fissa tiegħek jew mill-mobile f'pajjiżek, lejn linja fissa jew mobile f'pajjiż ieħor tal-UE.

Użu tal-mobile tiegħek barra pajjiżek - ir-roaming

Meta tuża l-mobile tiegħek waqt li tivvjaġġa barra minn pajjiżek f' pajjiż ieħor tal-UE mhux se jkollok tħallas kwalunkwe spiża addizzjonali għar-roaming.

Dan ifisser li meta ċċempel (mobiles u telefowns fissi) jew tibgħat SMS:

se tħallas l-istess bħalma tħallas għal telefonata jew SMS f'pajjiżek. Għal servizzi tad-data, tħallas l-istess rati li kieku kont f'pajjiżek.

Skopri aktar dwar ir- roaming tal-mobile.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: