L-aħħar verifika: 08/04/2019

VAT bejn il-fruntieri

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Jekk in-negozju tiegħek hu bbażat fl-UE, għandek obbligi differenti tal-VAT skont fejn minn fejn tixtri jew tbigħ, u jekk intix tinnegozja f'oġġetti jew f'servizzi.

Pereżempju, jekk tbigħ prodott lil negozju reġistrat fis-sistema tal-VAT tal-UE li jopera f'pajjiż ieħor tal-UE, int ma żżommx VAT fuq dak il-bejgħ. Jekk l-istess prodott jinbiegħ lill-konsumatur finali fl-UE, għandu mnejn jeħtieġlek iżżomm il-VAT bir-rata applikabbli fil-pajjiż tagħhom.

Skopri aktar dwar ir-regoli li jaffettwawk billi tuża l-opzjonijiet hawn taħt.

 

Nixtieq niskopri aktar dwar il-VAT bejn il-fruntieri

 

 

 

Bejgħ ta' oġġetti lin-negozji bbażati f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tbigħ oġġetti lil negozju ieħor u dawn l-oġġetti jintbagħtu f'pajjiż ieħor tal-UE, iżżommx VAT - jekk il-klijent ikollu numru tal-VAT tal-UE validu.

Tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħal oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

Jekk il-klijent ma għandux numru tal-VAT tal-UE validu, normalment għandek iżżomm il-VAT fuq il-bejgħ bir- rata applikabbli f'pajjiżek.

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijietfrdeen importanti għar-regoli.

 

Bejgħ ta' oġġetti lill-konsumatur finali f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tbigħ oġġetti u tibgħathom lil konsumaturi f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek normalment tirreġistra n-negozju tiegħek hemm u żżomm il-VAT bir-rata applikabbli f'dak il-pajjiż - sakemm il-valur totali tal-bejgħ tiegħek lejn dak il-pajjiż fis-sena rispettiva tat-taxxa ma jaqax taħt il-limitu stabbilit mill-pajjiż.

Limiti tal-VAT għal bejgħ lill-pajjiżi tal-UE

(Tabella aġġornata l-aħħar f'April 2018)

Stat Membru Skema speċjali għal bejgħ mill-bogħod
  Munita nazzjonali Ekwivalenti f'euro*
L-Awstrija

EUR 35 000

 
Il-Belġju EUR 35 000  
Il-Bulgarija BGN 70 000 EUR 35 791
Ċipru EUR 35 000  
Ir-Repubblika Ċeka CZK 1 140 000 EUR 44 873
Il-Ġermanja EUR 100 000  
Id-Danimarka DKK 280 000 EUR 37 595
L-Estonja EUR 35 000  
Il-Greċja EUR 35 000  
Spanja EUR 35 000  
Il-Finlandja EUR 35 000  
Franza EUR 35 000  
Il-Kroazja HRK 270 000 EUR 36 291
L-Ungerija   EUR 35 000
L-Irlanda EUR 35 000  
L-Italja EUR 35 000  
Il-Litwanja EUR 35 000  
Il-Lussemburgu EUR 100 000  
Il-Latvja EUR 35 000  
Malta EUR 35 000  
In-Netherlands EUR 100 000  
Il-Polonja PLN 160 000 EUR 37 859
Il-Portugall EUR 35 000  
Ir-Rumanija RON 118 000 EUR 25 305
L-Iżvezja SEK 320 000 EUR 31 390
Is-Slovakkja EUR 35 000  
Is-Slovenja EUR 35 000  
Ir-Renju Unit GBP 70 000 EUR 80 197
*Ir-rati referenzjarji tal-kambju barrani tal-euro kif ippubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-23 ta' Marzu 2018 (ħlief ir-Rumanija fejn il-limiti espressi f'RON huma bbażati fuq il-valuri tal-EUR għal skemi speċjali bir-rata tal-kambju fid-data tal-adeżjoni, jiġifieri l-1.1.2007)

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijietfrdeen importanti għar-regoli.

Barra minn hekk, jeżistu regoli speċjali jekk qed tbigħ oġġetti soġġetti għas-sisa jew mezzi ġodda ta' trasport, bħall-karozzi, dgħajjes jew inġenji tal-ajru.

 

Bejgħ ta' servizzi lin-negozji bbażati f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tbigħ servizzi lin-negozji bbażati f'pajjiż ieħor tal-UE normalment ma jeħtiġlekx iżżomm VAT lill-klijieti tiegħi. Il-klijenti tiegħek iħallsu l-VAT fuq servizzi rċevuti bir-rata applikabbli f'pajjiżhom (bl-użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħal oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijietfrdeen importanti għar-regoli.

 

Bejgħ ta' servizzi lill-konsumatur finali f'pajjiż ieħor tal-UE

Normalment għandek iżżomm il-VAT mingħand il-klijenti bir- rata li tapplika f'pajjiżek, ħlief għas- servizzi elettroniċi, tat-telekomunikazzjoni u tax-xandiren li dejjem jiġu ntaxxati fil- pajjiż tal-klijent (fejn persuna privata għandha indirizz permanenti jew tgħix normalment jew fejn persuna mhux taxxabbli tkun stabbilita).

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijietfrdeen importanti għar-regoli.

 

Xiri online minn pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tixtri u tirċievi oġġetti għal skopijiet ta' negozju minn pajjiż ieħor tal-UE, għandek tiddikkjara u tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku inti begħt l-oġġetti int stess, bir- rata applikabbli f'pajjiżek.

Normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijietfrdeen importanti għar-regoli.

 

Xiri ta' servizzi minn pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tixtri u tirċievi servizzi għal skopijiet ta' negozju minn pajjiż ieħor tal-UE , għandek tiddikkjara u tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku begħt is-servizzi int stess, bir- rata applikabbli f'pajjiżek (bl-użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijietfrdeen importanti għar-regoli.

Dawn ir-regoli tal-VAT għandhom ikunu applikati mal-UE kollha, madankollu r-regoli ma japplikawx għat-territorji li ġejjin li jappartjenu jew huma marbutin mal-pajjiżi membri.

Territorji speċjali

  • Il-Gżejjer Åland
  • Id-dipartimenti Francizi extra-Ewropejfr
  • It-territorju ta' Büsingen
  • Il-gżira ta' Heligoland
  • Mount Athos
  • Campione d'Italia
  • L-ilmijiet tal-Italja tal-Lag ta' Lugano
  • Livigno
  • il-Gżejjer Kanarji
  • Ceuta
  • Melilla
  • Iċ-Channel Islands
  • Ġibiltà

Kun af li r-regoli tal-VAT tal-UE ma japplikawx għall-postijiet li ġejjin barra l-UE:

  • Monako
  • L-Isle of Man
  • Bażijiet tar-Renju Unit f'Ċipru

 

Bejgħ ta' oġġetti lill-klijenti barra l-UE

Jekk tbigħ oġġetti lill-klijienti barra l-UE, ma żżommx VAT. Madankollu, tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħall-oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

 

Bejgħ ta' servizzi lill-klijenti barra l-UE

Jekk tipprovdi servizzi lill-klijienti barra l-UE, normalment ma żżommx VAT. Madankollu, jekk is-servizz jintuża f'pajjiż ieħor tal-UE, dak il-pajjiż jista' jiddeċiedi li jżomm il-VAT.

Tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħal oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

 

Xiri ta' oġġetti barra l-UE

Jekk tixtri oġġetti għall-użu tan-negozju minn fornitur ibbażat barra l-UE, għandek b'mod ġenerali tħallas il-VAT fil-punt tal-importazzjoni.defren

Jekk tagħmel bejgħ intaxxat, normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

 

Xiri ta' servizzi barra l-UE

Jekk tirċievi servizzi għall-finijiet ta' negozju mingħand fornitur ibbażat barra l-UE, normalment għandek tħallas il-VAT bir- rata applikabbli f'pajjiżek, bħallikieku kont fornejt is-servizz int stess (b'użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

 

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: