L-aħħar verifika: 09/08/2019

Standards fl-Ewropa

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Il-pubblikazzjonijiet dwar l-istandards u standardizzazzjoni oħrajn huma linji gwida volontarji li jipprovdu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti, is-servizzi u l-proċessi - mill-elmi tas-sikurezza industrijali jew iċ-ċarġers tat-tagħmir elettroniku, għal-livelli tas-servizz ta' kwalità fit-trasport pubbliku). L-istandards huma żviluppati minn organizzazzjonijiet privati ta' standardizzazzjoni ġeneralment fuq l-inizjattiva ta' partijiet ikkonċernati li jaraw il-ħtieġa li japplikaw standard.

Minkejja li l-istandards huma volontarji, l-użu tagħhom jagħti prova li l-prodotti u s-servizzi tiegħek jilħqu ċertu livell ta' kwalità, sikurezza u affidabbiltà.

F'ċerti każijiet, l-istandards huma riferenzjati fil-leġiżlazzjoni bħala mod preferut jew anki bħala rekwiżit mandatarju biex jikkonformaw mal-liġijiet speċifiċi (jiġifieri l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza jew ir-rekwiżiti tal-interoperabilità).

Benefiċċji prinċipali tal-użu tal-standards

Il- kwalità standardizzata u s- sikurezza tal-prodotti jgħinu lin-negozju tiegħek jibni l-fiduċja tal-konsumaturi. Pereżempju, l-għodda u t-tagħmir iddisinjat u ttestjat skont l-istandards biex tingħata protezzjoni aħjar għal professjonisti bħall-ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-persunal tal-isptar.

Servizzi ddisinjati skont l-istandards tas-servizzien, p.e. il-korsijiet tal-iddajvjar bl-iskuba, jiżguraw livell għoli ta' kwalità u ta' sikurezza għall-konsumatur.

L-istandards jgħinu jipproteġu l-ambjent u s- saħħa tal- konsumatur. Pereżempju, l-istandards jipprovdu metodi ta' kejl biex jiġi ssorveljat u kkontrollat it-tniġġis tal-arja. L-istandards tal-iġjene tal-ikel jipprovdu klassifikazzjoni u metodi ta' ttestjar għal materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

Aċċess aħjar għas-swieq: l-istandards jistgħu jiftħu s-swieq billi jagħmlu l-prodotti jew is-servizzi tiegħek kompatibbli u komparabbli. 

L-istandards jistgħu jgħinu sabiex tittejjeb l- interoperabilità bejn il-prodotti jew is-servizzi. Pereżempju, l-istandards jagħtu parir dwar id-daqs tal-linji ferrovjarji biex jiżguraw is-sikurezza tal-ferroviji

Standards Ewropej

L-istandards Ewropej jiġu adottati minn waħda mit-3 organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs):

Fil-livell nazzjonali, l-istandardizzazzjoni hi mmaniġġjata mill- korpi tal-istandardizzazzjoni nazzjonali (NSBs) li jadottaw u jippubblikaw standards nazzjonali. L-NSBs jittrasponu wkoll l-istandards Ewropej kollha bħala standards nazzjonali identiċi u jirtiraw kwalunkwe standards nazzjonali konfliġġenti.

Agħżel pajjiż biex issib il-korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni rilevanti:

Agħżel il-pajjiż:

  • Franzafren
  • Maltamten
  • Spanja*es
  • id-Danimarkadken
  • il-Belġjubeen
  • il-Bulgarijabgbgen
  • il-Finlandja*fi
  • il-Greċjagren
  • il-Kroazjacrhren
  • il-Latvjalven
  • il-Litwanjalten
  • il-Lussemburgu*lu
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlen
  • il-Polonjaplen
  • il-Portugallpten
  • il-Ġermanjadeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unituken
  • ir-Rumanijaroen
  • is-Slovakkjasken
  • is-Slovenjasien
  • iċ-Ċekjaczcsen
  • l-Awstrijaaten
  • l-Estonjaeeen
  • l-Irlandaieen
  • l-Islandaisen
  • l-Isvezjaseen
  • l-Isvizzerachen
  • l-Italjaiten
  • l-Ungerijahuen
  • Ċiprucyelen

L-istandards Ewropej jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u l-imsieħba jew membri rilevanti oħra tal-ESOs.

Intrapriżi żgħar u medji huma rappreżentati fil-proċess tat-tiswir tal-istandard mill- tal-Istandards tan-Negozji Żgħar.en

Standards armonizzati

L-istandards armonizzatien huma kategorija speċifika ta' standards Ewropej żviluppati mill-ESO wara talba, magħrufa bħala "mandat", mill-Kummissjoni Ewropea.  Madwar 20% tal-istandards Ewropej kollha huma żviluppati skont talba ta' standardizzazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Tista' tuża l-istandards armonizzati biex tipprova li l-prodotti jew is-servizzi tiegħek jikkonfermaw mar-rekwiżiti tekniċi tal-liġi rilevanti tal-UE.

Ir- rekwiżiti tekniċi mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-UE huma mandatarji, filwaqt li l-użu tal-istandards armonizzati hu ġeneralment volontarju. 

L-istandards armonizzati jistabblixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li huma kkunsidrati adatti jew suffiċjenti sabiex tikkonferma mar-rekwiżiti tekniċi mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

F'ħafna każijiet, l-użu tal-istandards armonizzati hu volontarju. Bħala manifattur jew provveditur ta' servizz tista' tagħżel soluzzjoni teknika oħra li tissodisfa r-rekwiżiti legali.

Kif issib standard

Biex tfittex għal standard Ewropew tista' tuża wieħed mill-muturi tat-tfittxija fil-portals tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej:

Kull wieħed mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni (NSBs) għandu l-magna tat-tiftix tiegħu. Biex tiskopri aktar dwar l-istandards validi f'kull pajjiż, agħżel pajjiż mil-lista hawn fuq u segwi l-istruzzjonijiet.

Ara wkoll:

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: