L-aħħar verifika: 20/03/2019

Ammissjoni u dħul f'università

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tistudja fi kwalunkwe università tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini nazzjonali. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta' dħul ivarjaw b'mod sinifikanti bejn il-pajjiżi u l-universitajiet individwali.

Irrispettivament minn kundizzjonijiet oħrajn ta' dħul, int ma tistax tiġi rifjutat aċċess għat-taħriġ jew għall-edukazzjoni f'pajjiż ieħor tal-UE minħabba n-nazzjonalità tiegħek.

Japplikaw reġoli speċjali għall-miżati u l-għotjiet ta' flus.

It-test tal-lingwa

L-għarfien tal-lingwa tal-pajjiż jista' jkun meħtieġ, għalhekk f'ċerti pajjiżi tal-UE tista' tintalab li tagħmel eżami tal-lingwa.

Is-sitemi tal-univesitajiet skont il-pajjiż

Jeħtieġlek tinforma ruħhek dwar is-sistema tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiż fejn tixtieq titgħallem qabel ma tħalli pajjiżek.

Nixtieq nistudja:

Agħżel:

  • L-Awstrijaen
  • Il-Belġju - bl-Olandiżen
  • Il-Belġju - bil-Franċiżen
  • il-Bulgarijaen
  • Il-Kroazjaen
  • Ċipruen
  • Ir-Repubblika Ċekaen
  • Id-Danimarkaen
  • L-Estonjaen
  • Il-Finlandjaen
  • Franzaesfren
  • Il-Ġermanjadeesen
  • Il-Greċjaen
  • L-Ungerijaen
  • L-Iżlandaen
  • L-Irlandaen
  • L-Italja
  • Il-Latvjaen
  • Il-Liechtensteinen
  • Il-Litwanjaen
  • Il-Lussemburgufrdeen
  • Maltaen
  • In-Netherlandsen
  • In-Norveġjaen
  • Il-Polonjaen
  • Il-Portugallen
  • Ir-Rumanijaen
  • Is-Slovakkjaen
  • Is-Slovenjaen
  • Spanja
  • L-Iżvezjaen
  • Ir-Renju Uniten

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web nazzjonali llinkjati minn din il-paġna.

Storja bħala eżempju

Indaga dwar is-sistemi tar-reġistrazzjoni barranin

Battista mill-Italja xtaq jistudja fl-Irlanda. Minħabba li ma kienx jaf dwar is-sistema ċentralizzata għall-applikazzjonijiet fl-universitajiet (CAO) ta' hemmhekk, hu ma ndunax bid-data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet u kellu jistenna s-sena akkademika li jmiss biex japplika.

Dan wasslu għal sena sabbatika li ma kinitx ippjanata, minflok ma daħal dritt l-università wara li spiċċa l-istudji postsekondarji.

Mistoqsijiet frekwenti

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: