Sigurtà u emerġenzi
Jekk se tivjaġġa bl-ajruplan, aqra dwar is-sigurtà tal-ajruport u tal-linji tal-ajru qabel titlaq. Kun af drittijietek u x’għandek tistenna qabel ma tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà fl-ajruporti. Tgħallem aktar dwar l-iskrinjar obbligatorju tas-sigurtà, l-oġġetti projbiti, u l-linji gwida għall-bagalji tal-kabina tiegħek. Imħasseb dwar is-sikurezza tal-ajruplan? Ara l-lista tal-linji tal-ajru li ma jikkonformawx mal-livelli Ewropej tas-sikurezza.
F’każ ta’ emerġenza tista’ ċċempel il-112. Dan l-uniku numru ta’ emerġenza li tista’ tuża kullimkien fl-UE. Kun af aktar dwar in-numru tal-emerġenza għall-UE kollha, u meta u kif tużah.
Qed tivjaġġa bil-karozza? Tgħallem dwar l-eCall. Dan servizz ta’ emerġenza awtomatizzat, integrat fil-vettura tiegħek. Ara kif l-eCall iqabbdek minnufih mas-servizzi ta’ emerġenza lokali f’każ ta’ inċident serju, u jipprovdilhom dettalji kruċjali dwar il-post u s-sitwazzjoni biex jaċċerta reazzjoni fil-pront.
Il-protezzjoni konsulari tiżgura aċċess għall-assistenza u l-appoġġ f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għaċ-ċittadini tal-UE li jkunu qed jivjaġġaw barra minn pajjiżhom. Ara kif il-konsolati / l-ambaxxati tal-UE jistgħu jgħinuk f’każ ta’ inċidenti, mard serju, jew jekk titlef il-passaport tiegħek.
Ara ukoll:
- Ir-regoli u s-sikurezza tat-traffiku
- Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa
- Aċċess għall-kura tas-saħħa barra l-pajjiż
- Iċ-Ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)