Appoġġ għan-negozju speċifiku għas-setturi
Jekk tmexxi negozju fl-industrija tat-turiżmu, kun af liema huma x-xejriet u l-karatteristiċi ewlenin tas-swieq Ewropej biex tfassal is-servizzi u l-prodotti tat-turiżmu tiegħek skonthom. Sir af iktar dwar ir-regoli tal-UE fl-industrija tat-turiżmu, id-drittijiet tal-konsumatur, il-finanzjament mill-UE u l-aċċessibbiltà.
Jekk tmexxi negozju fil-bijoteknoloġija jew fil-bijomanifattura, importanti tkun taf x’regoli tal-UE japplikaw għan-negozju tiegħek (eż: provi kliniċi, awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, proprjetà intellettwali, eċċ.), x’tip ta’ infrastruttura tar-riċerka hi disponibbli għalik, u fejn tista’ tikseb finanzjament u appoġġ għan-negozju. Sir af iktar dwar kif iddaħħal prodotti bijoteknoloġiċi innovattivi fis-suq.