Partners ċivili u rreġistrati

Jekk int ċittadin tal-UE li se tmur toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE biex tgħix, taħdem jew tistudja, ir-regoli tal-UE jagħmluha eħfef għal familtek biex tingħaqad miegħek. F'din il-paġna tista' ssib kif il-partner ċivili jew irreġistrat/a tiegħek jista' jingħaqad/tingħaqad miegħek.

Twissija

Madankollu, jekk int ċittadin tal-UE u qatt ma għext f'pajjiż ieħor tal-UE japplikaw biss ir-regoli nazzjonali.

Jekk int qiegħed f'unjoni ċivili ma' persuna oħra tal-istess sess, il-pajjiż ġdid tiegħek għandu jagħti drittijiet ta' residenza lill-partner tiegħek bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-partners ċivili u rreġistrati jew qraba oħra.

Il-partner tiegħek hu/hi ċittadin/a tal-UE

Joqgħod/Toqgħod bis-saħħa tad-drittijiet tiegħu/tagħha stess

Bħala ċittadin/a tal-UE, il-partner irreġistrat/a tiegħek jista'/tista' jgħix/tgħix fil-pajjiż ospitanti tiegħek tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Jekk il-partner tiegħek qed jaħdem/taħdem jew ifittex/tfittex impjieg, jirċievi/tirċievi pensjoni jew qed jistudja/tistudja, iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Se joqgħod/toqgħod bħala dipendenti tiegħek

Il-partner tiegħek m'għandux/m'għandhiex il-ħsieb li jaħdem/taħdem jew ifittex/tfittex impjieg, jistudja/tistudja jew ma jirċevix/tirċevix pensjoni?

Xorta jistgħu jingħaqdu miegħek bħala membru tal-familja.

Xi pajjiżi tal-UE jittrattaw il-partnerships ċivili jew irreġistrati bl-istess mod bħal koppji miżżewġa. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d- drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships ċivili u rreġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d- drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships ċivili fl-Ewropa.

Il-partner tiegħek mhuwiex/mhijiex ċittadin/a tal-UE

Xi pajjiżi tal-UE jittrattaw il-partnerships ċivili jew irreġistrati bl-istess mod bħal koppji miżżewġa. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d- drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin mhux tal-UE.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships ċivili u rreġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d- drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn mhux tal-UE.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships ċivili fl-Ewropa.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 04/08/2023
Ikkondividi din il-paġna