Akkomodazzjoni raġonevoli

Skont ir-regoli tal-UE, l-impjegaturi għandhom jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli lill-impjegati b'diżabbiltà. Kwalunkwe bidla, u l-ispejjeż relatati, għandhom ikunu realistiċi u ma jimponux piż sproporzjonat fuq in-negozju.

X'inhi akkomodazzjoni raġonevoli?

Akkomodazzjoni raġonevoli hija kwalunkwe bidla għal impjieg jew ambjent tax-xogħol li huwa meħtieġ biex persuna b'diżabbiltà tkun tista' tapplika, twettaq u tavvanza fil-funzjonijiet tax-xogħol, jew twettaq taħriġ.

L-akkomodazzjoni raġonevoli hija mmirata lejn kwalunkwe impjegat b'diżabbiltà. Id-dritt għal akkomodazzjoni raġonevoli jestendi għall-attivitajiet kollha relatati max-xogħol koperti mid-dritt tal-UE, mill-proċess tal-applikazzjoni għax-xogħol sat-terminazzjoni. Dan jestendi wkoll għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benefiċċji supplimentari.

Tipi ta' akkomodazzjoni raġonevoli u eżempji

Soluzzjonijiet tekniċi

  • ipprovdi post ta' parkeġġ riżervat
  • installa ta' liftijiet jew rampi
  • għamara tal-uffiċċju bħal skrivaniji aġġustabbli jew siġġijiet ergonomiċi
  • lentijiet li jkabbru l-iskrin tal-kompjuter
  • terminali bil-Braille

Arranġamenti ta' ħidma

  • ħinijiet tax-xogħol flessibbli
  • telexogħol
  • rilokazzjoni
  • pawżi għat-teħid tal-mediċini

Miżuri ta' taħriġ

  • aġġusta l-materjal biex ittejjeb l-aċċessibbiltà, pereżempju, jittieħed test orali flok bil-miktub.
  • taħriġ ta' mobbiltà għal impjegati għomja bħala parti mill-introduzzjoni tagħhom fuq il-post tax-xogħol

Miżuri ta' sensibilizzazzjoni

  • oħloq kultura tax-xogħol inklużiva, sabiex persuna tkun tista' twettaq xogħolha tkun xi tkun id-diżabbiltà tagħha

Għal aktar informazzjoni u aċċess għall-portali nazzjonali, ara trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 02/01/2024
Ikkondividi din il-paġna