Ħajja u vjaġġar
L-aħħar verifika: 15/02/2019

It-trattament indaqs u l-kwalifiki

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Kun żgur li tittratta lil min qed ifittex xogħol minn pajjiżi oħra tal-UE l-istess bħall-applikanti minn pajjiżek. Trid tagħti l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol lill-persunal tiegħek, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, u ma tistax tiddiskrimina minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Biex jaħdem f'pajjiżek, il-persunal li kiseb il-kwalifiki tiegħu f'pajjiż ieħor tal-UE jrid ikun żgur li l-esperjenza u l-professjoni huma rikonoxxuti f'pajjiżek, pereżempju, billi jużaw il-Karta Professjonali Ewropea.

Ikkondividi din il-paġna: