L-aħħar verifika : 26/09/2018

Azzjoni legali formali għall-konsumaturi

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Meta tista' tużaha

Tista' tuża l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar biex tagħmel talba kontra persuna, organizzazzjoni jew negozju bbażat/a f' pajjiż tal-UE għal valur massimu ta' EUR 5 000.

Din il-proċedura mhix disponibbli għal talbiet fid-Danimarka.

Tista' tuża l-proċedura biex titlob rimborż għal prodotti jew servizzi. Pereżempju, tista' tagħmel talba għal prodott difettuż li tkun xtrajt f'pajjiż ieħor tal-UE, jew li tkun xtrajt onlajn mingħand xi ħadd li jgħix f'pajjiż differenti tal-UE. M'hemmx għalfejn tuża avukat biex tissottometti talba.

Kun af li xi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali mhumiex koperti mill-proċedura, inklużi:

Kif tagħmel talba

Il-Proċedura għal Talbiet Żgħar hija essenzjalment proċedura bil-miktub. Biex tagħmel it-talba tiegħek, jeħtieġlek timla l- formola A u żżid kwalunkwe dokument li jappoġġja t-talba tiegħek. Meta timliha, għandek tibgħat il-formola u kwalunkwe dokument ta' appoġġ, bħalma huma riċevuti jew fatturi, lil qorti kompetenti - jew f'pajjiżek jew fil-pajjiż l-ieħor tal-UE kkonċernat.

Sib qorti kompetenti u ċċekkja r- regoli fil-pajjiż tal-qorti dwar kif tissottometti t-talba tiegħek.

Ftakar, l- ammont mitlub ma jistax jaqbeż EUR 5 000, esklużi l-imgħax u l-ispejjeż.

Ladarba tirċievi t-talba tiegħek, il-qorti se tivverifika l-formola u d-dokumenti ta' appoġġ u tiddeċiedi jekk it-talba taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura. Tista' tiġi mitlub timla l- formola B jekk ikun hemm xi informazzjoni meħtieġa nieqsa.

Jekk il-każ tiegħek ikun ammissibbli taħt il-Proċedura għal Talbiet Żgħar, il-qorti tikkuntattja lill-konvenut (il-persuna li qed tagħmel l-allegazzjoni kontriha). Il- konvenut għandu 30 jum biex iwieġeb.

Fi żmien 30 jum mill-wasla tat-tweġiba tal-konvenut (jekk dawn jiddeċiedu li jwieġbu), il-qorti jew:

Infurzar

Id-deċiżjoni tal-qorti hi rikonoxxuta awtomatikament f' pajjiżi oħra tal-UE. Madankollu, jekk il-konvenut ma jikkonformax mad-deċiżjoni, inti tista' tikkuntattja l-awtoritajiet tal-infurzar f'pajjiżhom.

Se jkollok tipprovdi:

L-awtoritajiet tal-infurzar se jinfurzaw id-deċiżjoni billi jsegwu r-regoli nazzjonali.

Spiża tal-proċedura

Normalment ikollok tħallas tariffa tal-qorti u tiġi rrimborżat jekk tirbaħ il-każ tiegħek. L- ammont li tħallas jiddependi mill-pajjiż tal-qorti.

Fuq il- Portal Ġustizzja-e hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Ordni ta' Ħlas Ewropea (ordni għal proċedura ta' ħlas)

Meta tista' tużaha

Inti tista' tuża l-Ordni ta' Ħlas Ewropea biex tirkupra talbiet monetarji minn pajjiż ieħor tal-UE. Din tapplika għal talbiet ċivili u kummerċjali mhux kontestati , pereżempju fejn talba diġà ġiet deċiża fil-qorti u hemm qbil magħha mid-debitur.

Din il-proċedura mhix disponibbli għal talbiet fid-Danimarka.

Kif tagħmel talba

L-Ordni ta' Ħlas Ewropea hi proċedura kompletament bil-miktub, u m'għandikx bżonn tmur il-qorti biex tużaha.

Biex tibda l-proċedura, l-ewwel trid timla l- formola A, u tipprovdi d-dettalji kollha tal-partijiet ikkonċernati, in-natura u l-ammont tat-talba. Meta timliha, għandek tibgħat il-formola lil qorti kompetenti.

Il-Qorti mbagħad tivverifika t-talba tiegħek. Jekk il-każ tiegħek ikun ammissibbli taħt il-proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea, il-qorti se toħroġ l-Ordni ta' Ħlas Ewropea fi żmien 30 jum.

Fl-Ungerija, l-Ordni ta' Ħlas Ewropea joħorġuha n-nutara, iżda fil-pajjiżi l-oħra kollha tal-UE tinħareġ mill-qrati.

Infurzar

Hekk kif jirċievu l-Ordni ta' Ħlas Ewropea, id-debitur (il-persuna li qed titlob il-flus mingħandha) għandu 30 jum biex jew jaċċetta jew jikkontesta t-talba tiegħek.

Jekk id-debitur jikkontesta l-Ordni ta' Ħlas Ewropea, il-każ tiegħek se jiġi trasferit lejn il-proċedura ċivili ordinarja u jiġi trattat skont il-liġi nazzjonali. Jekk ma jopponux it-talba , l-Ordni ta' Ħlas Ewropea se ssir infurzabbli awtomatikament.

Biex l-ordni tiġi infurzata, ibgħat kopja tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea, u jekk ikun hemm bżonn traduzzjoni, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-pajjiż tal-UE rilevanti.

Fuq il- Portal Ġustizzja-e hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar l-Ordni ta' Ħlas Ewropea.

Proċedura formali tal-qorti

Jekk temmen li drittijietek skont il-liġi tal-UE ġew miksura u tiddeċiedi li tidħol fi proċeduri formali tal-qorti, int intitolat:

Anki jekk il-fornitur tas-servizz jew in-negozjant huma bbażati barra l-pajjiż, il-każ tiegħek jista' jinstema' f'pajjiżek jekk il-kumpanija hija attiva kummerċjalment jew professjonalment f'pajjiżek jew lejh.

Jekk ma tistax tħallas għal azzjoni legali formali, għandek tkun intitolat għall-għajnuna legali. Ikollok bżonn timla l- formola ta' applikazzjoni għall-għajnuna legali f'pajjiż ieħor tal-UE u tissottomettiha lill-qorti lokali tiegħek li tibgħatha lill-qorti kompetenti fil-pajjiż l-ieħor tal-UE.

Dawn ir-regoli tal-UE ma japplikawx fid-Danimarka. Madankollu, hemm bosta ftehimiet fis-seħħ biex jiżguraw it-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali f'ċerti każijiet.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Sib għajnuna jew pariri mingħand l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi tiegħeken

Sib għajnuna u pariri miċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżeken

Ikkondividi din il-paġna: