Preparazzjonijiet prattiċi għall-voluntiera

Li ssib proġett huwa l-ewwel pass. Għad hemm ħafna x'tipprepara qabel tibda l-avventura tiegħek. Il-passi li jmiss wara li tkun intgħażilt għal proġett ta’ volontarjat:

  • Agħmel kuntatt mal-assoċjazzjonijiet ta’ ex-voluntiera . Jistgħu jagħtuk idea ta’ kif jiżviluppa proġett, x'għandek tistenna u kif l-aħjar tipprepara.
  • Skopri dwar ir-rekwiżiti amministrattivi kemm f'pajjiżek u kif ukoll fil-pajjiż fejn sejjer (viża, permess tar-residenza, assigurazzjoni tas-saħħa, eċċ.).
  • Ipparteċipa fit-taħriġ ta’ qabel it-tluq. Hija opportunità biex tiltaqa’ ma’ voluntiera oħra.
  • Iġbor informazzjoni dwar il-pajjiż fejn sejjer. Iktar ma tkun taf dwar fejn sejjer, aħjar.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 12/01/2024
Ikkondividi din il-paġna