Dokumenti tal-ivvjaġġar għall-persuni li mhumiex ċittadini tal-UE
Coronavirus: Ivvjaġġar mill-ġdid b’mod sikurIr-rekwiżiti tal-passaport u tal-viża.
Jekk m'intix ċittadin tal-UE u tixtieq iżżur jew tivvjaġġa fl-UE, jeħtieġlek passaport:
- validu għal tal-anqas 3 xhur wara d-data li biħsiebek tħalli l-pajjiż tal-UE li tkun se żżur,
- li jkun inħareġ fl-aħħar 10 snin,
u possibbilment viża. Jeħtieġlek tapplika għal viża mill-konsulat jew l-ambaxxata tal-pajjiż li tkun se żżur. Jekk il-viża tkun inħarġet minn pajjiż taż- żona Schengen en , din awtomatikament tippermettilek ukoll tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra taż-żona Schengen. Jekk għandek permess ta' residenza validu minn xi wieħed minn dawk il-pajjiżi ta' Schengen, dan jgħodd bħala viża. Jista' jkollok bżonn viża nazzjonali biex iżżur pajjiżi li mhumiex parti taż-żona Schengen.
L-uffiċjali mal-fruntiera fil-pajjiżi tal-UE jistgħu jitolbu dokumenti oħra ta' prova bħal ittra ta' stedina, prova tal-akkomodazzjoni, biljett bir-ritorn jew vjaġġ b'lura. Għar-rekwiżiti preċiżi kkuntattja s-servizzi konsulari lokali tal-pajjiż tal-UE kkonċernat.
Hemm għadd ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom m'għandhomx bżonn viża biex iżuru l-UE għal tliet xhur jew anqas. Il-lista ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viżi biex jivvjaġġaw lejn l-Irlanda tvarja kemxejn mill-pajjiżi l-oħra tal-UE.
Twissija
Il-kundizzjonijiet ta' dħul lejn l-Irlanda huma bbażati fuq il-liġi nazzjonali u jvarjaw mir-regoli tal-UE.
Dokumenti oħrajn
Tinsiex id-dokumenti tal-assigurazzjoni tiegħek għall-ivvjaġġar, is-saħħa u/jew il-karozza.