L-aħħar verifika : 17/09/2018

Miżati tal-università u għajnuna finanzjarja

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:

Miżati u għotjiet ta' flus għall-korsijiet

Il-miżati tal-universitajiet fl-Ewropaen jvarjaw konsiderevolment - filwaqt li f'xi wħud mill-pajjiżi tal-UE l-ammissjoni għall-edukazzjoni terzjarja hi bla ħlas, f'universitajiet oħrajn din tista' tkun tassew għalja. L-appoġġ finanzjarju f'forma ta' boroż ta' studju, għotjiet u selfiet jiddependu wkoll minn kriterji differenti.

Ħarsa ġenerali tal-istrutturi tal-miżati u tal-għotjiet

Madankollu, bħala ċittadin tal-UE li jkun qed jistudja f'università f'pajjiż ieħor tal-UE:

Dan it-trattament ma jappilkax neċessarjament għall- appoġġ jew l-għotjiet jew selfiet ta' manteniment. Madankollu wħud mill-pajjiż jistgħu jagħżlu li jipprovdu għotjiet ta' manteniment lil studenti barranin, fuq inizjattiva tagħhom.

Studenti residenti li diġà huma residenti

Anki jekk m'intix ċittadin tal-pajjiż fejn tixtieq tistudja, jekk ilek tgħix hemm għal ħames snin jew aktar, int għandek id-dritt għall-għotja ta' manteniment bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Għajnuna finanzjarja skont il-pajjiż

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tal-websajts nazzjonali llinkjati minn din il-paġna.

Nixtieq inkun naf dwar il-miżati u l-għotjiet ta' flus lill-barranin:

Agħżel il-pajjiż:

  • Franzafresfren
  • Il-Belġju – il-Fjandribe-vlgen
  • Il-Belġju – il-Vallonjabe-walen
  • Maltamten
  • Spanja*es
  • id-Danimarkadken
  • il-Bulgarija*bg
  • il-Finlandjafien
  • il-Greċja*gr
  • il-Kroazjacren
  • il-Latvjalven
  • il-Liechtensteinlien
  • il-Litwanjalten
  • il-Lussemburguluen
  • il-Pajjiżi l-Baxxinlen
  • il-Polonjaplen
  • il-Portugallpten
  • il-Ġermanjadeen
  • in-Norveġjanoen
  • ir-Renju Unituken
  • ir-Repubblika Ċekaczen
  • ir-Rumanijaroenro
  • is-Slovakkjasken
  • is-Slovenjasislen
  • l-Awstrijaatdeen
  • l-Estonjaeeen
  • l-Irlandaieen
  • l-Islandaisen
  • l-Isvezjaseen
  • l-Italja*it
  • l-Ungerijahuen
  • Ċiprucyen

Sib u qabbel l- għotjiet u l-boroż ta' studju ewlenin fil-pajjiżi tal-UE en (u lil hinn minnha).

Għal informazzjoni dwar l-għotjiet ta' flus għal studju f'pajjiż barrani, tista' wkoll tikkuntattja l-ministeru tal-edukazzjoni nazzjonali ta' pajjiżek.

Jekk tagħżel li tistudja f'pajjiż barrani, xorta waħda tista' takkwista għotja ta' flus għall-manteniment minn pajjiżek. Dan jiddependi mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżek. Madankollu, għotjiet ta' flus ta' din ix-xorta jistgħu jkunu disponibbli għal perjodu limitat ta' żmien.

Storja bħala eżempju

Iċċekkja l-kundizzjonijiet marbutin mal-għotjiet ta' flus għall-istudenti ta' pajjiżek

Johs hu Daniż li ddeċieda li jagħmel kors fi grad ta' Master's ta' sentejn fir-Renju Unit wara erba' snin ta' studju fl-Istati Uniti. F'dak iż-żmien, il-gvern Daniż kien jipprovdi għotjiet ta' flus għall-manteniment ta' studenti Daniżi għal massimu ta' sitt snin. Madankollu, kien hemm limitu ta' erba' snin għall-għadd ta' snin li student Daniż seta' jirċievi din l-għotja ta' flus jekk l-istudji tiegħu ma jsirux fid-Danimarka. Johs ma kienx jaf b'din il-kundizzjoni; billi kien ilu jirċievi l-għotja ta' flus fl-Istati Uniti għal erba' snin, hu sfortunatament spiċċa mingħajr għotja matul il-kors tiegħu fir-Renju Unit.

Mistoqsijiet frekwenti

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: