L-aħħar verifika: 24/01/2019

VAT meta tixtri jew tbigħ karozza

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:

Iċċekkja liema VAT hi dovuta meta tixtri jew tbigħ karozza fl-UE jew meta tixtri karozza barra mill-UE għall-importazzjoni fl-UE.

L-informazzjoni f'din il-paġna tkopri r-regoli tal-VAT meta tixtri jew tbigħ karozza bħala persuna privata, hi ma tittrattax ma' tranżazzjonijiet bejn negozju għal ieħor.

 

Inti se tixtri jew se tbigħ karozza?

 

Minn fejn se tixtriha?

 

Jekk qed tixtri karozza minn pajjiż tal-UE ieħor, ma jeħtiġlekx tħallas dazju doganali meta tieħu l-karozza tiegħek lejn il-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Min hu l-bejjiegħ?

 

 

Jekk tixtri karozza mingħand bejjiegħ privat, m'għandekx għalfejn tħallas il-VAT fil-pajjiż tal-bejjiegħ. Trid tħallas il-VAT fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza, li normalment hu dak li tgħix fih.

Trid tħallas il-VAT fuq il-prezz totali tal-karozza - dan jinkludi kull aċċessorju jew spiża assoċjata, bħall-ispejjeż tal-konsenja.

Jekk ħallast il-VAT darbtejn, fil-pajjiż tax-xiri u fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, inti intitolat għal rifużjoni. Trid issemmi din il-kwistjoni mal-bejjiegħ jew mal- awtoritajiet tat-taxxafrdeen fil-pajjiż fejn xtrajt il-karozza.

 

M' għandekx għalfejn tħallas il-VAT fuq il-karozza.

 

 

Trid tħallas il-VAT fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza, li normalment hu l-pajjiż fejn tgħix.

Trid tħallas il-VAT fuq il-prezz totali tal-karozza - dan jinkludi kull aċċessorju jew spiża assoċjata, bħall-ispejjeż tal-konsenja.

Jekk ħallast il-VAT darbtejn, fil-pajjiż tax-xiri u fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, inti intitolat għal rifużjoni. Trid issemmi din il-kwistjoni mal-bejjiegħ jew mal- awtoritajiet tat-taxxafrdeen fil-pajjiż fejn xtrajt il-karozza.

Storja bħala eżempju

Mario jgħix l-Italja u jiddeċiedi li jixtri karozza ġdida fil-Ġermanja. Peress li l-karozza hi gdida, il-VAT għandha titħallas fl-Italja, fejn Mario jrid jirreġistraha. Iżda l-bejjiegħ hu responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet finanzjarji Ġermaniżi u għandu jagħti prova li l-karozza kienet maħsuba biex tiġi ttrasportata u rreġistrata f'pajjiż ieħor tal-UE. Għalhekk, hu jitlob lil Mario biex iħallas il-VAT Ġermaniża bħala depożitu.

Ladarba Mario jirreġistra l-karozza tiegħu fl-Italja u jħallas il-VAT hemmhekk, hu jista' jibgħat prova lill-bejjiegħ Ġermaniż u jitlob rifużjoni tal-VAT li hu kien ħallas fil-Ġermanja.

Id-data li titqies għall-forniment tal-karozza tvarja minn pajjiż għal pajjiż. Hi tista' tkun jew il-mument li fih iffirmajt l-ordni ta' xiri jew il-mument li fih toħroġ il-fattura.

Inti tħallas il-VAT bir-rata lokali fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza. Iċċekkja r- rati tal-VAT applikati f'kull pajjiż tal-UE.

 

M' għandekx għalfejn tħallas il-VAT meta tixtri karozza użata. Se jkun jeħtieġlek tirreġistra l-karozza fil-pajjiż li tgħix fih u tħallas ir-reġistrazzjoni u t-taxxa tat-triq hemm.

Il-bejjiegħ jista' jżomm il-VAT biss fuq il-profitt iġġenerat mill-bejgħ.

F'dan il-każ, il-VAT mhix se tidher fuq il-fattura li jagħtik il-bejjiegħ. Din is-sistema tissejjaħ marġni fuq l-użat u hi l-iskema użata mill-maġġoranza tan-negozjanti tal-karozzi.

Ikkonsulta l- awtoritajiet tal-VATfrdeen f'pajjiżek għal aktar dettalji.

 

Trid tħallas id-dazji doganali u l-VAT fuq l-importazzjoni, bħal kwalunkwe oġġett importat ieħor.

Ikkonsulta d-dwanaen u l- awtoritajiet tal-VATfrdeen f'pajjiżek għad-dettalji dwar id-dikjarazzjoni doganali, il-ħlas tat-taxxa u r-rifużjoni tat-taxxa.

 

Il-karozza ġdida jew użata?

 

Bħala bejjiegħ privat, m'għandekx tiċċarġja l-VAT meta tbigħ il-karozza tiegħek.

Jekk tbigħ karozza kklassifikata bħala "ġdida" lil konsumatur f'pajjiż tal-UE, ix-xerrej se jkollu jħallas il-VAT fuq il-karozza fil-pajjiż tal-UE fejn jagħżel li jirreġistraha. F'dan il-każ, inti tkun tista' ġġib lura ċertu ammont tal-VAT mill-pajjiż fejn kont xtrajt il-karozza inizjalment.

L-ammont ta' VAT li tingħata lura jiġi kkalkulat mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-pajjiż fejn inti kont akkwistajt il-karozza u għandu jkun proporzjonali maż-żmien li int użajt il-karozza.

Storja bħala eżempju

Irkupra parti mill-VAT li ħallast jekk tbigħ il-karozza ġdida tiegħek

Sofie xtrat karozza ġdida fid-Danimarka għal EUR 30,000 u EUR 7,500 VAT (25%). Hi saqet 7,000 km għal ftit aktar minn 4 xhur. Imbagħad iddeċidiet li tbigħha lil Jonas għal EUR 16,000. Il-karozza għadha titqies bħala ġdida għall-iskopijiet tat-taxxa.

Jonas jgħix fl-Awstrija u jieħu l-karozza hemm. Hu jħallas EUR 3,200 VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijaċi (20%, ir-rata tal-VAT fl-Awstrija).

Bħala l-bejjiegħa, Sofie għandha tkun taf li tista' tirkupra parti mill-VAT. Jekk il-VAT fit-tieni bejgħ kienet imħallsa fid-Danimarka, l-ammont pagabbli kien ikun ta' EUR 4,000 (25% ta' EUR 16,000). Minħabba li l-karozza għadha titqies bħala ġdida, Sofie hi intitolata li tirkupra mill-awtoritajiet Daniżi EUR 4,000 mis-EUR 7,500 li ħallset għall-VAT meta xtratha.

Id-data li titqies għall-forniment tal-karozza tvarja minn pajjiż għal pajjiż. Hi tista' tkun jew il-mument li fih iffirmajt l-ordni ta' xiri jew il-mument li fih toħroġ il-fattura.

 

Bħala bejjiegħ privat, m'għandekx tiċċarġja l-VAT fuq il-bejgħ.

 

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: