Mistoqsijiet frekwenti - VAT meta tixtri jew tbigħ karozza
Ngħix fil-Belġju u nixtieq nixtri karozza mid-Danimarka. Naf li se jkolli ngħaddi mid-dwana Belġjana u nħallas il-VAT fil-Belġju. L-irċevuta hija fi kroni Daniżi. Kif se tiġi kkalkolata l-VAT, peress li se nkun qed inħallas f'pajjiż li juża l-euro?
Id-dwana tuża l-valur tal-kroni Daniżi kontra l-euro fid-data tal-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm irċevuta, tuża d-data tal-ordni tax-xiri.
Il-karozza li nixtieq nixtri għandha tliet xhur biss u diġà qed timmarka 3,500 km fuq l-odometru. Qed nixtriha bħala vettura ġdida. Dan legali?
-tieħu pussess tagħha inqas minn sitt xhur wara d-data li ħarġet fit-triq
JEW
-il-vettura għamlet inqas minn 6,000 km.
Xtrajt karozza ġdida mill-Italja u ħallast il-VAT hemmhekk. Ngħix fi Franza u issa rrid nirreġistra l-karozza hawnhekk. Biex nagħmel dan, l-awtoritajiet Franċiżi qed jitolbuni nħallas il-VAT fi Franza. Normali dan?
Trid tibgħat prova ta' pagament tal-VAT li ħallast fi Franza lill-bejjiegħ Taljan u titlob rimborż tal-VAT li ħallast fl-Italja. Jekk il-bejjiegħ jirrifjuta li jirrimborżak il-VAT, tista' tindirizza l-kwistjoni lill- awtorità tat-taxxa bg cs da de el en es et fi fr ga hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv Taljana.
Ngħix fi Franza. Xtrajt karozza mill-Belġju u ħallast il-VAT fuqha. Issa qed nintalab nerġa' nħallas il-VAT għax se nirreġistra l-karozza fi Franza. Mhux hekk suppost, hux?
IVA / LE — Ma tistax tiġi mġiegħel tħallas il-VAT f'aktar minn pajjiż wieħed, u l-VAT tal-karozzi tiġi mħallsa fil-pajjiż fejn se jkunu rreġistrati, i.e. fi Franza (mhux fil-pajjiż fejn jinxtraw — ir-regola għall-biċċa l-kbira tal-oġġetti l-oħra).
Stajt għedt lill-bejjiegħ li kellek l-intenzjoni tirreġistra l-karozza fi Franza. Kont tevita li tħallas il-VAT fil-Belġju.
Ladarba diġà ħallast il-VAT fil-Belġju, li għandek tagħmel issa hu li tapplika għal rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-Belġju, abbażi ta' evidenza mingħand l-awtoritajiet Franċiżi li rreġistrajt il-karozza tiegħek fi Franza fi żmien 6 xhur minn meta ħarġet fit-triq u qabel ma tellgħet 6,000 kilometru.
Għandi l-ħsieb li nixtri karozza mill-Ġermanja u nsuqha sa Franza, fejn ngħix. Kif għandi nirreġistraha?
Għalkemm il-karozza jkollha tkun irreġistrata fi Franza, xorta għandek bżonn pjanċi Ġermaniżi biex issuqha sa Franza. Jekk il-karozza hija ġdida, għandek tagħmillha pjanċi ta' tranżitu — dan jippermettilek tevita li toqgħod tħallas il-VAT fil-Ġermanja. Jekk hija karozza użata, x'aktarx li jkollok tagħmel reġistrazzjoni normali Ġermaniża, anki jekk għal żmien qasir biss. Tista' tibgħat il-karozza Franza bla ma ssuqha, b'hekk ma jkollok tirreġistraha xejn fil-Ġermanja. Qabbel l-ispejjeż u ara x'jaqbillek.
Jiena Irlandiż u rtirajt f'Malta. Ġibt il-karozza miegħi, iżda meta rreġistrajtha f'Malta, talbuni nħallas taxxi tal-importazzjoni għoljin iżżejjed. Mela d-dazji tal-importazzjoni ma kinux tneħħew fis-suq uniku tal-Ewropa?
Iva, id-dazji tal-importazzjoni tneħħew fl-UE. Jista' jkun li dawn l-ispejjeż huma fil-fatt ir-reġistrazzjoni tal-vettura u t-taxxi tat-triq — pagabbli għall-karozzi kollha rreġistrati fit-tali pajjiż, ikun x'ikun il-pajjiż minn fejn jiġu. Dawn it-taxxi mhumiex regolati bil-liġi tal-UE, u trid tħallashom — sakemm ma jiddiskriminawx kontra karozzi importati. Pereżempju, it-taxxa tar-reġistrazzjoni ma għandhiex tkun iktar għolja mill-valur tat-taxxa ta' karozza simili diġà rreġistrata f'Malta.
Se nġorr mill-Portugall għall-Belġju u sejra bil-karozza. It-taxxa tar-reġistrazzjoni Portugiża hija għalja ħafna. Mhux inġust li jkolli nerġa' nħallasha meta diġà ħallastha fil-Belġju, meta r-residenti tal-Portugall iħallsuha darba biss għall-istess karozza?
It-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri mhijiex armonizzata fil-livell tal-UE. Għalhekk, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiċċarġjaw dazju meta karozza tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba. Minħabba l-iżvantaġġi għan-nies bħalek, kull pajjiż tal-UE għandu jiddeċiedi jekk jagħtix eżenzjoni għall-karozzi li jidħlu minn barra minħabba li sidhom ikun mar joqgħod xi mkien ieħor. Għandek tikkuntattja lill-awtoritajiet Portugiżi biex tiskopri jekk il-każ tiegħek jikkwalifikax għal eżenzjoni, u jekk iva, b'liema kondizzjonijiet.
Nixtieq nixtri karozza fil-Ġermanja u neħodha lura l-Olanda biex nirreġistraha hemm. Se jkolli nħallas il-VAT darbtejn u mbagħad nitlob rimborż?
LE—Kull ma trid tagħmel hu li tgħid lill-bejjieġħ Ġermaniż li se tirreġistra l-karozza f'pajjiż ieħor. B'dan il-mod, tħallas il-VAT fl-Olanda biss.