L-aħħar verifika: 14/05/2019

Servizzi tal-konsenja tal-pakketti

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Jekk tissupplixxi servizzi tal-konsenja tal-pakketti tranfruntieri u domestiċi (sa 31.5kg) għandek tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali (ARN) fil-pajjiż tal-UE li fih hi stabbilita l-kumpanija tiegħek:

Tista' ssib l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħek fil-lista hawn taħt.

Agħżel pajjjiż:

  • Il-Ġreċjagrelen
  • L-Ungerijahuhuen
  • L-Iżlandaisen
  • L-Irlandaieen
  • L-Italjaitit
  • Il-Latvjalvlven
  • Il-Liechtensteinlide
  • Il-Litwanjaltlten
  • Il-Lussemburgulufr
  • Maltamten
  • In-Netherlandsnlnlen
  • In-Norveġjanoen
  • Il-Polonjaplplen
  • Il-Portugallptpten
  • Ir-Rumanijaroroen
  • Is-Slovakkjaskmt
  • Is-Slovenjasislen
  • Spanjaesesen
  • L-Iżvezjasesven
  • Ir-Renju Unituken

Aġġornamenti tal-informazzjoni

Jeħtieġlek tissottometti l-informazzjoni li ġejja (aktar informazzjoni tista' tkun mitluba skont ir-rekwiżiti nazzjonali) sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja lill-ARN billi tuża l- formola standard (disponibbli fit-taqsima ta' Referenzi fil-qiegħ tal-paġna) jew b'metodu alternattiv jekk mitlub mill-ARN tiegħek:

Meta ma għandekx għalfejn tipprovdi informazzjoni

Jekk tipprovdi servizz tal-konsenja tal-pakketti u l-kumpanija tiegħek:

ma għandekx għalfejn tipprovdi informazzjoni lir-regolatur nazzjonali tiegħek.

Tariffi għall-konsenja tal-pakketti

Il-kumpaniji fl-UE li jissupplixxu servizzi tal-konsenja tal-pakketti tranfruntieri għandhom jissottomettu l-lista tal-prezzijiet pubblika tagħhom kull sena għal pubblikazzjoni f'għodda tal-UE. Tista' tuża din l-għodda biex tiċċekkja s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti disponibbli għalik meta tibgħat pakkett fl-UE. Ittri u korrispondenza b'daqs standard mhumiex koperti – fl-għodda jintwerew biss il-pakketti li jiżnu anqas minn 5 kg.

Biex tara l-opzjonijiet disponibbli u l-prezzijiet (mingħajr il-VAT), agħżel minn fejn u fejn trid tibgħat il-pakkett, u t-tip tal-prodott.

Isem ilkumpanijaPrezz

Dejjem għandek tiċċekkja l-offerta tal-prezz finali mal-kumpanja tal-konsenja tal-pakketti, billi l-prezz eżatt tagħha għandu mnejn ikun jeħtieġ informazzjoni preċiża bħall-kodiċi tal-posta fil-pajjiż li qed tibgħat il-pakkett fih. L-informazzjoni dwar il-prezz hi aġġornata kull sena fil-31 ta' Marzu.

Aktar informazzjoni dwar ir-regoli tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti hi disponibbli fis-sit web ta' DĠ GROWen.

Suġġetti relatati

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: