L-aħħar verifika: 02/01/2023
Is-sigħat tax-xogħol, il-vaganzi u l-liv
Bħala impjegatur, int trid tkun taf l-istandards minimi tal-UE dwar is-sigħat tax-xogħol u l-mistrieħ, il-waqfiet mix-xogħol, il-liv annwali u x-xogħol ta' bil-lejl. Huma possibbli derogi minn xi obbligi tal-ħin tax-xogħol sakemm dawn ikunu permessi mil-liġi nazzjonali.
Ftakar li kwalunkwe impjegat tiegħek (mara jew raġel) jista' jitlob għal-liv tal-ġenituri għat-twelid jew l-adozzjoni ta' tifel/tifla, irrispettivament mit-tip ta' kuntratt tagħhom. Iż-żewġ ġenituri għandhom id-dritt tal-anqas għal 4 xhur liv kull wieħed.