Ivvjaġġar bl-annimali domestiċi u annimali oħra fl-UE

Ivvjaġġar b'annimali domestiċi: il-klieb, il-qtates u l-inmsa

Ir-regoli tal-UE jagħmluha faċli li wieħed jivvjaġġa lejn pajjiż ieħor tal-UE (f'dan il-każ is-27 pajjiż tal-UE + n-Norveġja u l-Irlanda ta' Fuq) bil-kelb, il-qattus jew in-nemes tiegħek. Dawn ir-regoli jkopru wkoll l-ivvjaġġar lejn l-UE minn pajjiż jew territorju barra l-UE.

Bi ftit eċċezzjonijiet, l-annimal domestiku tiegħek jista' jivvjaġġa miegħek lejn pajjiż ieħor tal-UE jew minn pajjiż li mhux tal-UE lejn pajjiż tal-UE jekk:

  • ġie mikroċippjat (f'konformità mar-rekwiżiti tekniċi tal- Anness II tar-Regolament tal-UE dwar il-moviment ta' annimali domestiċi) jew għandu tattwaġġ li jista' jinqara b'mod ċar jekk ġie applikat qabel it-3 ta' Lulju 2011
  • tlaqqam kontra r-rabja
  • ħa l-kura kontra d-dud Echinococcus multilocularis, fejn iż-żona ta' destinazzjoni tiegħek hija ħielsa minn dan id-dud (il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norveġja u l-Irlanda ta' Fuq)
  • passaport Ewropew għall-annimali domestiċi validu, meta jkun qed jivvjaġġa minn pajjiż tal-UE jew l-Irlanda ta' Fuq lejn pajjiż ieħor tal-UE jew l-Irlanda ta' Fuq jew ċertifikat tas-saħħa tal-annimali tal-UE, meta jkun qed jivvjaġġa minn pajjiż minn barra l-UE.

Twissija

Ir-regoli tal-UE deskritti hawn fuq dwar l-ivvjaġġar bl-annimali domestiċi japplikaw għall-vjaġġi privati b'annimali domestiċi li ma jinvolvux bidla tas-sjieda jew bejgħ.

Dokumenti tal-ivvjaġġar għall-kelb, il-qattus jew in-nemes tiegħek

Passaport Ewropew għall-annimali domestiċi

Passaport Ewropew għall-annimali domestiċi huwa dokument li jsegwi mudell standard tal-UE u huwa essenzjali għall-ivvjaġġar bejn il-pajjiżi tal-UE. Fih deskrizzjoni u dettalji tal-annimal domestiku tiegħek, inkluż il-kodiċi tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ kif ukoll ir-rekord tiegħu tat-tilqim kontra l-marda tar-rabja u d-dettalji ta' kuntatt tas-sid u l-veterinarju li ħareġ il-passaport. Tista' tikseb passaport Ewropew għall-annimali domestiċi għall-kelb, il-qattus jew in-nemes tiegħek minn kwalunkwe veterinarju awtorizzat (li jkollu permess mill-awtoritajiet rilevanti biex joħroġ passaporti għall-annimali domestiċi). Passaport għall-annimali domestiċi huwa validu għal ħajjithom kollha sakemm it-tilqim kontra l-marda tar-rabja tal-annimali domestiċi tiegħek tkun aġġornata.

Twissija

Jekk qed tivvjaġġa lejn pajjiż tal-UE jew l-Irlanda ta' Fuq minn Andorra, l-Iżvizzera, il-Gżejjer Faeroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monaco, in-Norveġja, San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, l-annimal domestiku tiegħek jista' jidħol ukoll fl-UE b'passaport tal-annimali domestiċi maħruġ f'wieħed minn dawn il-pajjiżi jew territorji.

Ċertifikat tal-UE tas-saħħa tal-annimali

Ċertifikat tal-UE tas-saħħa tal-annimali huwa tip ta' dokument ieħor, li fih informazzjoni speċifika dwar l-annimal domestiku tiegħek (l-identità, is-saħħa, it-tilqim kontra l-marda tar-rabja) u huwa bbażat fuq mudell standard tal-UE.

Jekk qed tivvjaġġa minn pajjiż jew territorju mhux tal-UE, l-annimal domestiku tiegħek irid ikollu ċertifikat tas-saħħa tal-annimali tal-UE maħruġ minn veterinarju uffiċjali tal-Istat fil-pajjiż tat-tluq mhux aktar minn 10 ijiem qabel ma l-annimal domestiku tiegħek jasal fl-UE. Iċ-ċertifikat huwa validu għall-ivvjaġġar bejn il-pajjiżi tal-UE għal 4 xhur minn din id-data jew sakemm jiskadi t-tilqim kontra l-marda tar-rabja, liema minnhom jiskadi l-ewwel.

Barra minn hekk, għandek ukoll timla u tehmeż dikjarazzjoni bil-miktub maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali tal-UE tal-annimal domestiku tiegħek li tiddikjara li r-rilokazzjoni tiegħu hija għal raġunijiet mhux kummerċjali. Din id-dikjarazzjoni hija meħtieġa wkoll jekk l-annimal domestiku tiegħek qed jivvjaġġa taħt ir-responsabbiltà ta' persuna awtorizzata minnek. F'dan il-każ, l-annimal domestiku tiegħek irid jingħaqad miegħek fi żmien 5 ijiem mir-rilokazzjoni tiegħek.

Twissija

Mill-1 ta' Jannar 2021, il-passaporti tal-UE għall-annimali domestiċi maħruġa lil sid ta' annimal domestiku residenti fil-Gran Brittanja m'għadhomx validi għall-ivvjaġġar b'annimali domestiċi mill-Gran Brittanja lejn pajjiż tal-UE jew l-Irlanda ta' Fuq.

Annimali domestiċi li jivvjaġġaw mingħajr sidhom

Bħala regola, l-annimali domestiċi għandhom jivvjaġġaw ma' sidhom; madankollu, tista' tagħti permess bil-miktub lil persuna oħra biex takkumpanja lill-annimal domestiku tiegħek (din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija deskritta hawn fuq). Madankollu int ikollok tingħaqad mill-ġdid mal-annimal domestiku fi żmien 5 ijiem mir-rilokazzjoni tiegħu.

Twissija

Jekk l-annimal domestiku tiegħek qed jivvjaġġa mhux akkumpanjat, se jkollu jikkonforma mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-importazzjoni fl-UE jew il-kummerċ fi ħdan l-UE ta' klieb, qtates jew inmsa.

Ivvjaġġar b'aktar minn ħames annimali domestiċi

Tista' tivvjaġġa b'mhux aktar minn ħames annimali tad-dar, iżda jekk ikun hemm aktar minn ħames annimali domestiċi (klieb, qtates jew inmsa) trid tipprovdi prova li:

  • qed jipparteċipaw f'kompetizzjoni, f'wirja, jew f'avveniment sportiv (billi tipprovdi pereżempju, id-dokument tar-reġistrazzjoni), u
  • ikollhom aktar minn 6 xhur.

Twissija

Jekk qed tivvjaġġa b'aktar minn 5 annimali domestiċi (klieb, qtates jew inmsa) u ma tissodisfa l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-annimali domestiċi tiegħek iridu jikkonformaw mar-regoli tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-importazzjoni fl-UE jew kummerċ fi ħdan l-UE ta' klieb, qtates jew inmsa.

Iċċekkja r-regoli dettaljati meta tivvjaġġa mal-kelb, qattus jew nemes tiegħek:

Agħżel il-pajjiż li qed tivvjaġġa minnu:

Tilqim kontra l-marda tar-rabja

Qabel ma l-annimal domestiku tiegħek jkun jista' jivvjaġġa, veterinarju awtorizzat għandu jlaqqmu kontra r-rabja. Biex it-tilqim ikun validu, l-annimal domestiku tiegħek irid ikollu tal-anqas 12-il ġimgħa u jrid jiġi ttikkettat bil-mikroċippa qabel ma jingħata t-tilqima. L-annimal domestiku tiegħek jista' jivvjaġġa, mhux qabel 21 jum wara t-tlestija tal-protokoll tat-tilqim. Għandek tiżgura li kwalunkwe tilqima oħra tingħata qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validità tal-ewwel waħda.

Tilqim kontra l-marda tar-rabja – eċċezzjonijiet għall-klieb, il-qtates, l-inmsa ż-żgħar

Tista' tivvjaġġa bl-annimal domestiku iż-żgħir tiegħek lejn il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Iżvizzera jekk ikollu inqas minn 12-il ġimgħa u ma tlaqqamx kontra r-rabja, jew jekk għandu bejn 12 u 16-il ġimgħa, tlaqqam iżda għad m'għandux l-immunità sħiħa kontra r-rabja.

Biex titħalla tivvjaġġa bl-annimal domestiku tiegħek f'dawn il-każijiet:

  • irid ikollok jew dikjarazzjoni mehmuża mal-passaport tal-annimal domestiku tiegħek li tgħid li ma kellux kuntatt mat-twelid sal-ħin tal-ivvjaġġar ma xi speċi ta' annimali selvaġġi suxxettibbli għar-rabja,

jew

  • l-annimal domestiku tiegħek irid ikun akkumpanjat minn ommu li l-passaport tagħha juri biċ-ċar li kienet imlaqqma kontra l-marda tar-rabja qabel ma welldet.

Twissija

l-Awstrija, Il-Belġju, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Irlanda ta' Fuq ma jħallukx tidħol fit-territorju tagħhom b'annimal domestiku żgħir li ma tlaqqamx kontra r-rabja jew li tlaqqam iżda għad m'għandux l-immunità sħiħa kontra ir-rabja.

Regoli speċjali għat-trattament kontra d-duda tal-Echinococcus - klieb biss

Jekk qed tivvjaġġa bil-kelb tiegħek lejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norveġja jew l-Irlanda ta' Fuq, trid tkun tajtu t-trattament kontra d-duda tal-Echinococcus bejn 24 u 120 siegħa qabel il-vjaġġ. Id-dettalji kollha tat-trattament għandhom jiddaħħlu fil-passaport jew fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-UE tal-annimal domestiku tiegħek.

Twissija

It-trattament kontra l-Echinococcus mhux meħtieġ għall-klieb li qed jivvjaġġaw direttament bejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norverġja u l-Irlanda ta' Fuq.

Tilqim kontra l-marda tar-rabja

Qabel ma l-annimal domestiku tiegħek jkun jista' jivvjaġġa, veterinarju awtorizzat għandu jlaqqmu kontra r-rabja. Biex it-tilqim ikun validu, l-annimal domestiku tiegħek irid ikollu tal-anqas 12-il ġimgħa u jrid jiġi ttikkettat bil-mikroċippa qabel ma jingħata t-tilqima. L-annimal domestiku tiegħek jista' jivvjaġġa, mhux qabel 21 jum wara t-tlestija tal-protokoll tat-tilqim. Għandek tiżgura li kwalunkwe tilqima oħra tingħata qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validità tal-ewwel waħda.

Tilqim kontra l-marda tar-rabja – eċċezzjonijiet għall-klieb, il-qtates, l-inmsa ż-żgħar

Tista' tivvjaġġa bl-annimal domestiku ż-żgħir tiegħek (kelb, qattus, nemes) lejn iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Iżvizzera jekk ikollu inqas minn 12-il ġimgħa u ma tlaqqamx kontra r-rabja, jew jekk għandu bejn 12 u 16-il ġimgħa, tlaqqam iżda għad m'għandux l-immunità sħiħa kontra r-rabja.

Biex titħalla tivvjaġġa f'dawn il-każijiet:

  • irid ikollok jew dikjarazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mal-passaport tal-UE tiegħek (jekk qed tivvjaġġa minn Andorra, l-Iżvizzera, il-Gżejjer Faeroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monaco, in-Norveġja u San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan biss) li tgħid li ma kellux kuntatt mit-twelid sal-ħin tal-ivvjaġġar ma' xi speċi ta' annimali selvaġġi suxxettibbli għar-rabja,

jew

  • l-annimal domestiku tiegħek irid ikun akkumpanjat minn ommu li ċ-ċertifikat tas-saħħa jew il-passaport tal-UE tagħha (jekk qed jivvjaġġaw minn Andorra, l-Iżvizzera, il-Gżejjer Faeroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monaco, in-Norveġja u San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan biss) juri biċ-ċar li hi kienet imlaqqma kontra r-rabja qabel ma welldet.

Twissija

l-Awstrija, Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Irlanda ta' Fuq ma jħallukx tidħol fit-territorju tagħhom b'annimal domestiku żgħir, li ma tlaqqamx kontra r-rabja jew li tlaqqam iżda għad m'għandux l-immunità sħiħa.

Regoli speċjali għat-trattament kontra d-duda tal-Echinococcus - klieb biss

Jekk qed tivvjaġġa bil-kelb tiegħek lejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norveġja jew l-Irlanda ta' Fuq, trid tkun tajtu t-trattament kontra d-duda tal-Echinococcus bejn 24 u 120 siegħa qabel il-vjaġġ. Id-dettalji kollha tat-trattament għandhom jiddaħħlu fil-passaport jew fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-UE tal-annimal domestiku tiegħek.

Twissija

It-trattament kontra l-Echinococcus mhux meħtieġ għall-klieb li qed jivvjaġġaw direttament bejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norverġja u l-Irlanda ta' Fuq.

Tilqim kontra l-marda tar-rabja

Qabel ma l-annimal domestiku tiegħek jkun jista' jivvjaġġa, veterinarju awtorizzat għandu jlaqqmu kontra r-rabja. Biex it-tilqim ikun validu, l-annimal domestiku tiegħek irid ikollu tal-anqas 12-il ġimgħa u jrid jiġi ttikkettat bil-mikroċippa qabel ma jingħata t-tilqima. L-annimal domestiku tiegħek jista' jivvjaġġa, mhux qabel 21 jum wara t-tlestija tal-protokoll tat-tilqim. Għandek tiżgura li kwalunkwe tilqima oħra tingħata qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validità tal-ewwel waħda.

Tilqim kontra l-marda tar-rabja – eċċezzjonijiet għall-klieb, il-qtates, l-inmsa ż-żgħar

Tista' tivvjaġġa bl-annimal domestiku ż-żgħir tiegħek (kelb, qattus, nemes) lejn iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Iżvizzera jekk ikollu inqas minn 12-il ġimgħa u ma tlaqqamx kontra r-rabja, jew jekk għandu bejn 12 u 16-il ġimgħa, tlaqqam iżda għad m'għandux l-immunità sħiħa kontra r-rabja.

Biex titħalla tivvjaġġa f'dawn il-każijiet:

  • irid ikollok jew dikjarazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mal-passaport tal-UE tiegħek (jekk qed tivvjaġġa minn Andorra, l-Iżvizzera, il-Gżejjer Faeroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monaco, in-Norveġja, San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan biss) li tgħid li ma kellux kuntatt mit-twelid sal-ħin tal-ivvjaġġar ma' xi speċi ta' annimali selvaġġi suxxettibbli għar-rabja,

jew

  • l-annimal domestiku tiegħek irid ikun akkumpanjat minn ommu li ċ-ċertifikat tas-saħħa jew il-passaport tal-UE tagħha (jekk qed jivvjaġġaw minn Andorra, l-Iżvizzera, il-Gżejjer Faeroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monaco, in-Norveġja u San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan biss) juri biċ-ċar li hi kienet imlaqqma kontra r-rabja qabel ma welldet.

Twissija

l-Awstrija, Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja, in-Norveġja jew l-Irlanda ta' Fuq ma jħallukx tidħol fit-territorju tagħhom b'annimal domestiku żgħir, li ma tlaqqamx kontra r-rabja jew li tlaqqam iżda għad m'għandux l-immunità sħiħa.

Regoli speċjali għat-trattament kontra d-duda tal-Echinococcus - klieb biss

Jekk qed tivvjaġġa bil-kelb tiegħek lejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norveġja jew l-Irlanda ta' Fuq, trid tkun tajtu t-trattament kontra d-duda tal-Echinococcus bejn 24 u 120 siegħa qabel il-vjaġġ. Id-dettalji kollha tat-trattament għandhom jiddaħħlu fil-passaport jew fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-UE tal-annimal domestiku tiegħek.

Twissija

It-trattament kontra l-Echinococcus mhux meħtieġ għall-klieb li qed jivvjaġġaw direttament bejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norverġja u l-Irlanda ta' Fuq.

Dieħel fl-UE jew l-Irlanda ta' Fuq bl-annimal domestiku tiegħek

Tista' tidħol fl-UE biss bl-annimal domestiku tiegħek fil- punt van binnenkomst voor reizigers en fil-pajjiż tad-destinazzjoni tal-UE, id-dokumenti u l-identità tal-annimali domestiċi tiegħek se jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti. Jekk l-annimal domestiku ma jgħaddix minn dawn il-kontrolli tal-konformità, jista' jintbagħat lura lejn il-pajjiż tat-tluq, jitqiegħed fi kwarantina sakemm ikun konformi mar-regoli tas-saħħa tal-UE jew jekk l-ebda waħda minn dawn l-għażliet ma tkun possibbli, l-annimal jista' jiġi ewtanizzat.

Twissija

Jekk tivvjaġġa mill-Irlanda ta' Fuq lejn pajjiż tal-UE m'intix meħtieġ tuża punt ta' dħul għall-vjaġġaturi fil-pajjiż ta' destinazzjoni tal-UE.

Tilqim kontra l-marda tar-rabja

Qabel ma l-annimal domestiku tiegħek jkun jista' jivvjaġġa, veterinarju awtorizzat għandu jlaqqmu kontra r-rabja. Biex it-tilqim ikun validu, l-annimal domestiku tiegħek irid ikollu tal-anqas 12-il ġimgħa u jrid jiġi ttikkettat bil-mikroċippa qabel ma jingħata t-tilqima. L-annimal domestiku tiegħek jista' jivvjaġġa, mhux qabel 21 jum wara t-tlestija tal-protokoll tat-tilqim. Għandek tiżgura li kwalunkwe tilqima oħra tingħata qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validità tal-ewwel waħda.

Minbarra r-rekwiżiti standard (il-mikroċippa, it-tilqim kontra l-marda tar-rabja, it-trattament kontra l-Echinococcus fejn meħtieġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-UE), l-annimal domestiku tiegħek irid ikollu test tal-antikorpi tar-rabja 30 jum wara t-tilqim kontra l-marda tar-rabja tiegħu u mhux inqas minn 3 xhur qabel ma jivvjaġġa lejn l-UE. Veterinarju awtorizzat irid jieħu kampjun tad-demm għall-ittestjar minn laboratorju approvat mill-UE għall-ittestjar tad-demm en .

Ir-riżultati tat-test tal-antikorpi tar-rabja għandhom jinthemżu maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-UE tal-annimal domestiku tiegħek.

Dieħel fl-UE bl-annimal domestiku tiegħek

Tista' tidħol fl-UE biss bl-annimal domestiku tiegħek fil- punt tad-dħul għall-vjaġġaturi en fil-pajjiż tad-destinazzjoni tal-UE, id-dokumenti u l-identità tal-annimali domestiċi tiegħek se jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti. Jekk l-annimal domestiku ma jgħaddix minn dawn il-kontrolli tal-konformità, jista' jintbagħat lura lejn il-pajjiż tat-tluq, jitqiegħed fi kwarantina sakemm ikun konformi mar-regoli tas-saħħa tal-UE jew jekk l-ebda waħda minn dawn l-għażliet ma tkun possibbli, l-annimal jista' jiġi ewtanizzat.

Ivvjaġġar b'annimali domestiċi oħra

Il-passaporti Ewropej għall-annimali domestiċi jinħarġu għall-klieb, il-qtates u l-inmsa biss. Jekk qed tivvjaġġa lejn pajjiż ieħor tal-UE b'xi annimali domestiċi oħra, bħal għasafar, annimali akkwatiċi ornamentali, rettili, rodituri jew fniek, iċċekkja r-regoli nazzjonali en tal-pajjiż fejn qed tippjana li żżur għall-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 11/04/2024
Ikkondividi din il-paġna