Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 18/09/2018

Pensjonijiet tas-superstiti u għotjiet f'każ ta' mewt

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:

Meta tmut persuna, il- qraba superstiti jista' jkollhom id-dritt li jitolbu benefiċċju tas-superstitu. Il-benefiċċji u r-riċevituri possibbli jvarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor. Dawn huma fost l-aktar benefiċċji komuni li tista' titlob jekk int qarib superstitu.

Pensjonijiet tas-superstiti

Pensjoni tas-superstiti hija allowance fix-xahar li tikkorrispondi għal perċentwal tal-pensjoni li (kieku) kienet tirċievi l-persuna mejta, u titħallas lill-eqreb qraba superstiti. Tingħata mill- istess awtorità li (kieku kienet) tagħti l-pensjoni tagħhom. L-ammont pagabbli huwa kkalkulat bl-istess mod bħal pensjoni tal-irtirar.

Trid tapplika għal pensjoni tas-superstiti għand l- awtorità tal-pensjonijiet fil-pajjiż fejn il-qarib mejjet tiegħek għex jew ħadem l-aħħar. L-awtoritajiet nazzjonali mbagħad jirrevedu t-talba tiegħek u jgħadduha lill-pajjiż responsabbli tal-UE.

Jekk ma tilħaqx ir-rekwiżiti nazzjonali biex tirċievi pensjoni tas-superstiti, għandu mnejn tkun tista' tirċievi allowance tar-romol.

Mhux il-pajjiżi kollha tal-UE jħallsu pensjonijiet tas-superstiti.

Għotjiet f'każ ta' mewt

Għotja f'każ ta' mewt hi pagament ta' darba wara każ ta' mewt.

Mhux il-pajjiżi kollha tal-UE jagħtu għotja f'każ ta' mewt.

Qabel ma tapplika għal għotja f'każ ta' mewt, jeħtieġlek tiċċekkja:

Fejn tapplika?

Dejjem għandek tapplikagħand l-awtorità tas-sigurtà soċjali li kien irreġistrat magħha l-qarib mejjet tiegħek - fil- pajjiż fejn għex l-aħħar. L-awtoritajiet nazzjonali mbagħad jirrevedu t-talba tiegħek u jgħadduha lill-pajjiż responsabbli tal-UE.

Liema pajjiż se jħallas?

Jekk il-qarib mejjet tiegħek kien jirċievi pensjoni minn diversi pajjiżi tal-UE, il-pajjiż li għandu jħallas l-għotja f'każ ta' mewt u/jew il-pensjoni tas-superstiti hu jew:

Fiż-żewġ każijiet, l-applikazzjoni xorta trid issir għand l-awtorità tal-assigurazzjoni soċjali li l-persuna mejta kienet irreġistrata magħha, fil-pajjiż fejn għexet l-aħħar.

Storja bħala eżempju

Kun af liema pajjiż għandu jħallas l-għotja tal-mewt tiegħek

Els u Jan min-Netherlands marru jgħixu l-Italja meta rtiraw. Meta Jan miet, lil Els qalulha li setgħet tapplika għall-għotja tal-mewt min-Netherlands, iżda ma kinitx taf fejn kellha tapplika.

Els ikkuntattjat lill-konsulent Ewropew tal-impjiegi u sabet li kellha tapplika għand l-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fejn ir-raġel tagħha kien irreġistrat fl-Italja. Din l-amministrazzjoni mbagħad bagħtet l-applikazzjoni tagħha lill-awtoritajiet Olandiżi.

Japplikaw l-istess regoli irrispettivament minn jekk il-qarib mejjet tiegħek kienx pensjonant jew le. Sakemm hu kien iħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, int għandek id-dritt għall-benefiċċji tas-superstiti.

Ir-rekwiżiti biex tirċievi għotja f'każ ta' mewt jew pensjoni tas-superstiti jvarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor.

Iċċekkja liema regoli japplikaw fil-pajjiż fejn il-qarib mejjet tiegħek kien assigurat:

Agħżel pajjiż:


Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: