Mistoqsijiet frekwenti - Pensjonijiet tas-superstiti u għotjiet f'każ ta' mewt

IVA — Familtek għandha dritt għal din l-għotja ta' flus, anki jekk tmut f' pajjiż ieħor tal-UE. Familtek għandha tapplika għal għotja ta' flus mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa li fiha int tinsab reġistrat mill-pajjiż ta' residenza tiegħek. Huma għandhom jgħaddu r-rikjesta tiegħek lill-awtoritajiet ikkonċernati.

LE — Int tgħix l-Italja u qed tirċievi pensjoni Taljana. Bħala riżultat, żewġek għandu biss dritt għal għotja ta' flus Taljana għall-ispejjeż tal-funeral, anki jekk int qed tirċievi ukoll pensjonijiet minn pajjiżi oħrajn jew le. Sfortunatament, fl-Italja ma jeżistux għotjiet f'każ ta' mewt. Bħala riżultat, żewġek ma jkollux dritt għal għotja ta' flus għall-ispejjeż tal-funeral wara mewtek.

Bħal kif japplika fil-kategoriji tal-benefiċċji l-oħrajn kollha, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom iqisu l-perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza kompluti skont il-leġiżlazzjoni ta' kwalunkwe pajjiż tal-UE ieħor meta dan hu neċessarju biex jivvalutaw l-intitolament tiegħek għall-għotjiet f'każ ta' mewt. L-għotjiet f'każ ta' mewt jitħallsu mill-istituzzjoni tal-pajjiż fejn il-persuna l-mejta kienet assigurata, irrispettivament mill- pajjiż tal-UE fejn jgħixu l-persuni intitolati.

B'mod ġenerali, ir-regoli li japplikaw għall-pensjonijiet għall-konjugi superstiti jew l-orfni huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-pensjonijiet tal-invalidità u tax-xjuħija. B'mod partikulari, il-pensjoni li tingħata lil dawk li tħalli warajk għandha titħallas irrispettivament minn fejn jgħix żewġek/tgħix martek fl- UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 15/01/2025
Ikkondividi din il-paġna