Mistoqsijiet frekwenti - Elezzjonijiet Ewropej

L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss se jsiru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024. Kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi d-data jew id-dati matul dak il-perjodu meta se ssir il-votazzjoni.
Iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-UE. Fl-elezzjonijiet Ewropej ma tistax tivvota f’aktar minn pajjiż wieħed. Jekk ismek ikun fir-reġistru elettorali f’pajjiżek, eż. fl-Awstrija, iżda tixtieq tivvota f’pajjiż ieħor, eż. fil-Ġermanja, jeħtieġlek tesprimi l-intenzjonijiet tiegħek biex tagħmel dan u biex titniżżel fir-reġistru elettorali fil-Ġermanja.
Il-votazzjoni hija obbligatorja f’xi pajjiżi. Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit web tal-awtoritajiet nazzjonali.
Kull pajjiż tal-UE huwa liberu li jistabbilixxi l-età minima tal-vot nazzjonali tiegħu. Bħalissa, hi ta’ 16-il sena fl-Awstrija, il-Ġermanja u Malta, 17-il sena fil-Greċja, u 18-il sena fil-pajjiżi l-oħra kollha. Fil-Belġju, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jitolbu li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej mill-età ta’ 16-il sena.
Kważi l-pajjiżi kollha tal-UE jippermettu liċ-ċittadini tagħhom jivvutaw minn barra l-pajjiż fl-elezzjonijiet Ewropej. F’xi pajjiżi, il-votanti huma meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet elettorali nazzjonali tagħhom biex ikunu eliġibbli biex jivvutaw minn barra l-pajjiż (bil-posta jew f’ambaxxata jew konsulat) filwaqt li f’oħrajn, il-voti bil-posta jistgħu jsiru fl-ambaxxati jew fil-konsulati.
Jekk jogħġbok ikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż rilevanti.
Le. Trid tagħżel wieħed.
Kull 5 snin.
Hemm 720 MPE, eletti mis-27 pajjiż kollha tal-UE.
In-numru ta’ siġġijiet għal kull pajjiż iqis il-popolazzjoni f’kull pajjiż tal-UE kif ukoll il-ħtieġa għal livell minimu ta’ rappreżentanza għaċ-ċittadini Ewropej minn pajjiżi iżgħar. In-numru minimu ta’ siġġijiet għal kull pajjiż huwa ta’ 6 u l-massimu huwa ta’ 96.
Tista’ tivvota għall-kandidati fil-Belġju, fil-Finlandja jew fin-Netherlands – iżda wieħed biss minn dawn. Jekk tagħżel li tivvota għal-lista Finlandiża jew Olandiża, trid tara x’arranġamenti prattiċi trid tagħmel biex tivvota barra mill-pajjiż.
Il-liġi tal-UE tipprojbixxi l-votazzjoni aktar minn darba f’elezzjoni Ewropea.
Din il-liġi tieħu post il-liġijiet nazzjonali dwar il-votazzjoni obbligatorja, f’każijiet ta’ nazzjonalità doppja. Jiġifieri, l-ebda pajjiż tal-UE ma jista’ jġiegħlek tivvota hemm jekk tkun iddeċidejt li tivvota fil-pajjiż l-ieħor fejn għandek in-nazzjonalità.
Jekk tgħix barra mill-UE, normalment tista’ tivvota fl-elezzjonijiet tal-UE fl-ambaxxata jew il-konsulat ta’ pajjiżek, iżda d-dritt tal-vot tiegħek jiddependi fuq ir-regoli elettorali f’pajjiżek.
Fl-elezzjonijiet Ewropej ma tistax tivvota f’aktar minn pajjiż wieħed. Jekk ismek ikun fir-reġistru elettorali f’pajjiżek, l-Awstrija, iżda tixtieq tivvota fil-Ġermanja, trid tesprimi l-intenzjonijiet tiegħek biex tagħmel dan u biex titniżżel fir-reġistru elettorali fil-Ġermanja.
Tista’ toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-UE jekk int ċittadin tal-UE. Tista’ toħroġ bħala kandidat għall-pajjiż ta’ oriġini tiegħek jew, jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, tista’ toħroġ bħala kandidat hemmhekk. Int se tkun soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż.
Kull pajjiż tal-UE għandu l-proċedura tiegħu stess biex joħroġ bħala kandidat. Jekk tixtieq toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej meta tgħix f’pajjiż tal-UE li m’intix ċittadin tiegħu, trid tippreżenta l-istess dokumenti ta’ sostenn bħall-kandidati li huma ċittadini.
Żur is-sit web tal-Parlament Ewropew. Tista’ tikkuntattja wkoll lil Europe Direct.
Is-servizz Pariri ta’ Your Europe joffri pariri personali dwar drittijietek fl-UE, jiċċara l-liġi tal-UE kif tapplika għas-sitwazzjoni partikolari tiegħek u jidderiġik lejn korp li jista’ joffri aktar assistenza, jekk ikun meħtieġ. Inkella, SOLVIT jista’ jgħin meta awtorità pubblika f’pajjiż ieħor tal-UE ma tirrispettax drittijietek fl-UE. Huma jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità biex jaħdmu magħhom biex isolvu l-problema tiegħek.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 09/02/2024
Ikkondividi din il-paġna