Mistoqsijiet frekwenti - Konjugi u tfal tal-UE

LE - Skont il-liġi tal-UE, tista' tkompli tgħix fil-Ġermanja mingħajr ebda kundizzjonijiet billi ilek tgħix hemm skont ma' titlob il-liġi għal 5 snin.

Ma għandux ikollu problemi biex jgħix fi Spanja, billi din tirrikonoxxi ż-żwiġijiet bejn l-istess sess.

Madankollu, il-pajjiżi tal-UE mhux kollha jittrattaw lill-miżżewġin/partners tal-istess sess reġistrati bl-istess mod. F'dawn il-pajjiżi, id-dritt tal-partner li joqgħod mhux awtomatiku u dan jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali abbażi ta' każ b'każ.

LE - Iżżomm id-dritt ta' residenza fil-Ġermanja anki wara d-divorzju sakemm inti impjegata jew taħdem għal rasek jew jekk tkun tista' turi li għandek mezzi suffiċjenti u assigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa. L-istess regoli japplikaw jekk żewġek iħalli l-Ġermanja, jew fl-eventwalità ta' mewtu.

LE - Tista' tkompli tgħix fl-Awstrija billi ilek tgħix hemm skont ma' titlob il-liġi għal 5 snin. Id-dritt ta' residenza permanenti mhux aktar soġġett għall-kundizzjoni ta' mezzi suffiċjenti.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 04/08/2023
Ikkondividi din il-paġna