Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 06/2012
L-ewwel nett, ma tistax tintalab prezz ogħla għal biljett minħabba n-nazzjonalità tiegħek jew skont minn fejn tkun qed tixtrih.
It-tieni, tgawdi għadd ta' drittijiet ukoll f'każ li xi ħaġa tmur żmerċ. Dan jikkonċerna d-dewmien, il-kanċellazzjonijiet u l-ibbukkjar aktar milli suppost li ma jħallukx titla' fuq l-ajruplan …
... u jgħoddu jekk:
Jekk qed tiċċaħħad milli titla' fuq l-ajruplan jew titjirietek hi kkanċellata jew fiha bbukkjar aktar milli suppost, għandek dritt jew:
Dewmien fit-tul – jekk it-titjira tiegħek tiddawwar b'5 sigħat jew aktar, għandek dritt għal rimborż (Iżda jekk taċċetta rimborż, il-linja tal-ajru mhix obbligata li tipprovdilek aktar ivvjaġġar minn fejn qiegħed jew assistenza).
Il-linja tal-ajru għandha tgħarrfek dwar drittijietek u r-raġuni għala m'intix qed titħalla titla' fuq l-ajruplan, jew dwar kwalunkwe kanċellazzjonijiet jew dewmien fit-tul (aktar minn sagħtejn, għalkemm dan jista' jkun sa 4 sigħat għal titjiriet li jaqbżu 3,500 km.
Jista' jkollok ukoll dritt għal trattamenti ta' ikel u xorb biex tistejqer, ikliet, komunikazzjonijiet (bħal telefonata bla ħlas), u, jekk hemm bżonn, akkomodazzjoni għal lejl, jiddependi mid-distanza u mit-tul tad-dewmien.
Barra minn hekk, jekk tkun miċħud milli titla' fuq l-ajruplan, tiġi kkanċellata t-titjira jew tasal aktar minn 3 sigħat tard fid-destinazzjoni finali mniżżlu fuq il-biljett tiegħek, jista' jkollok dritt għall-kumpens bejn 250 - 600 ewro, dan jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġ:
Fl-UE
Bejn ajruport fl-UE u ajruport li mhux fl-UE
Id-distanza titqies mill-ajruport fejn ma tkunx tista' titla' fuq l-ajruplan – li tista' ma tkunx minn fejn bdejt il-vjaġġ tiegħek.
Jekk il-kumpanija tal-ajruplan toffrilek titjira alternattiva bi skeda simili, il-kumpens jista' jitnaqqas b'50%.
Meta titjiriet ikunu kkanċellati, ma tingħatax kumpens jekk:
Għal kanċellazzjoni minħabba ċirkostanzi straordinarji jista' ma jkollokx dritt għal kumpens, madankollu l-linja tal-ajru tista' xorta waħda toffrilek jew:
Anki f'ċirkostanzi straordinarji, il-linji tal-ajru għandhom jagħtuk l-assistenza tagħhom meta meħtieġa, waqt li tkun qed tistenna trasport alternattiv.
Ibgħat formola ta' ilment tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru
[119 KB]
Deutsch
español
français
italiano
Malti
polski
lil-linja tal-ajru tiegħek – u ara li żżomm kopja għalik.
Jekk din ma twasslek imkien, jew jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba, tista' tilmenta mal-entità nazzjonali li tinforza
[222 KB] fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ l-inċident.
Jew, jekk l-inċident seħħ f'ajruport ta' tluq minn pajjiż li mhux fl-UE iżda li involva linja tal-ajru mill-UE, tista' tibgħat ilment lill-entità nazzjonali li tinforza
[222 KB] fil-pajjiż tal-UE li lejh kont qed tivvjaġġa.
Lagiġ li jkun sarlu ċ-check in
Jekk il-lagiġ reġistrat tiegħek jintilef, issirlu ħsara jew jiddawwar, għandek dritt għal kumpens mil-linja tal-ajru, ta' madwar €1,220
Eċċezzjoni – jekk il-ħsara tiġi kkawżata b'difett inerenti fil-lagiġ innifsu.
Lagiġ tal-idejn (inklużi oġġetti personali)
Il-linja tal-ajru għandha din ir-responsabbiltà jekk hi tkun responsabbli għal din il-ħsara.
Tinsiex tressaq l-ilment tiegħek fi żmien 7 ijiem li fihom tirċievi l-lagiġ tiegħek (jew 21 ġurnata jekk il-lagiġ tiegħek dam biex twasallek).
Jekk tkun tixtieq tieħu azzjoni legali oħra, għandek tagħmel dan fi żmien sentejn mid-data li fiha jitwassallek il-lagiġ.
Jekk tkun qed tivvjaġġa b'oġġetti li jiswew ħafna flus, tista' – bi ħlas – takkwista limitu ta' kumpens li jkun ogħla minn €1,223 billi tagħmel dikjarazzjoni speċjali bil-quddiem lil-linja tal-ajru – tal-anqas meta tagħmel iċ-check in. Għalkemm l-aħjar ħaġa li tagħmel hu li tħallas assigurazzjoni privata għall-ivvjaġġar.
M'hemmx formola standard għad-dikjarazzjoni speċjali. Il-linja tal-ajru tagħżel it-tip ta' formola pprovduta.
Meta tibbukkja titjira onlajn, il-prezz sħiħ tal-biljett – inklużi l-elementi obbligatorji kollha bħat-taxxi u ħlas – għandhom jidhru mill-ewwel, biex tkun tista' tqabbel il-prezzijiet bejn kumpaniji tal-ajru differenti u tagħmel għażla infurmata.
Flimkien mal-prezz finali, għandha tal-anqas tidher b'mod ċar l-informazzjoni li ġejja: il-prezz tat-titjira, it-taxxi, il-ħlas tal-ajruport, ħlas ieħor, ħlas supplimentari jew miżati (bħal dawk tas-sigurtà jew il-fjuwil).
Kull suppliment li mhux obbligatorju għandu jkun indikat b'mod ċar u rrikkmandat biss bħala għażla ħielsa.
Ilment lill-entità nazzjonali li tinforza
[222 KB] fil-pajjiż ta' residenza tiegħek fl-UE.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?