Mistoqsijiet frekwenti - Drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija

LE - Biex tkun intitolat għal kumpens, id-dewmien irid ikun tal-anqas ta' siegħa.

Jekk il-ferrovija tiegħek tkun imblokkata fuq il-binarji, il-kumpanija ferrovjarja trid torganizza trasport (alternattiv) mill-ferrovija tiegħek lejn l-istazzjon tal-ferrovija, lejn punt alternattiv tat-tluq jew lejn id-destinazzjoni finali, fejn u meta dan ikun fiżikament possibbli.

IVA - Għandek id-dritt li tieħu r-rota tiegħek abbord il-ferrovija. Madankollu, il-kumpaniji ferrovjarji jista’ jkollhom restrizzjonijiet fis-seħħ għal raġunijiet operattivi jew ta’ sikurezza. Dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw fuq xi ferroviji matul il-ħinijiet l-aktar intensivi tal-ivvjaġġar minħabba spazju limitat disponibbli għar-roti jew jekk il-vetturi ferrovjarji (jiġifieri l-ferroviji/il-vaguni) tal-kumpanija li qed tuża ma jippermettux it-trasport tar-roti. Jistgħu wkoll japplikaw restrizzjonijiet abbażi tal-piż u d-daqs tar-rota tiegħek. Għalhekk għandek dejjem tiċċekkja s-sit web uffiċjali tal-kumpanija ferrovjarja li qed tivvjaġġa magħha għal informazzjoni dwar kwalunkwe tariffa u/jew restrizzjoni li tista' tapplika.

IVA - Jekk tiltaqa’ ma’ dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta’ validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġjonali tiegħek, int intitolat għal kumpens f’konformità mal-arranġamenti ta’ kumpens tal-kumpanija ferrovjarja. Dawn ir-regoli għandhom jiddikjaraw il-kriterji għall-kalkolu tad-dewmien u kwalunkwe kumpens dovut. Meta d-dewmien ta' inqas minn 60 minuta jseħħ b'mod ripetut waqt il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġjonali, id-dewmien jista' jiġi kkalkulat b'mod kumulattiv u l-passiġġieri jistgħu jiġu kkumpensati skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-kumpanija ferrovjarja.

IVA - Il-bejjiegħ tal-biljetti jrid jirrimborża l-ammont totali li ħallast għall-biljett(i), u għandu jħallas ukoll kumpens ekwivalenti għal 75% ta’ dak l-ammont. Madankollu, il-bejjiegħ tal-biljetti mhuwiex responsabbli jekk jinfurmak qabel il-vjaġġ tiegħek li l-biljetti għal kull servizz ferrovjarju jirrappreżentaw kuntratti ta’ trasport separati.

IVA - Inti intitolat għal kumpens mill-kumpanija ferrovjarja biex tkopri l-ispiża tas-sostituzzjoni tas-siġġu tar-roti tiegħek. Tista’ wkoll titlob l-ispiża ta’ sostituzzjoni temporanja jekk ikun meħtieġ.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
L-aħħar verifika: 08/03/2024
Ikkondividi din il-paġna