Mistoqsijiet frekwenti - Kopertura tas-sigurtà soċjali barra minn pajjiżek

Jekk int qed tkun issekondat biex taħdem f'pajjiż ta' , għandek tibqa' kopert mil-liġijiet tal-pajjiż fejn int normalment taħdem għal sentejn.

Qabel ma titlaq, min iħaddmek għandu japplikalek għad-dokument A1 biex jiċċertifika li int kopert mis-sistema Franċiża.

Din is-soluzzjoni hi maħsuba biex tevita tibdiliet frekwenti fis-sitwazzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek meta tkun qed taħdem f'pajjiż barrani għal perjodi ta' żmien qasir.

IVA — Jekk tixtieq taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE għal ftit xhur, l-aħjar għażla hi li "tissekonda" lilek innifsek fil-pajjiż barrani. Meta tagħmel dan, tkun tista' taħdem fil-pajjiż barrani iżda tibqa' fis-sistema tal-pajjiż fejn normalment taħdem – għal minimu ta' sentejn.

Qabel titlaq applika għad-dokument A1 biex tiċċertifika li int kopert mis-sistema ta' pajjiżek.

Jista' jagħti l-każ li tkun tista' tibqa' fis-sistema ta' pajjiżek għal aktar minn sentejn, jekk titlob eżenzjoni biex tkopri l-perjodu speċifiku tas-sekondar tiegħek.

Jeżistu 2 possibbiltajiet:

Jekk il-ġenitur l-ieħor tat-tfal tiegħek j/taħdem f'pajjiżek, hi jew hu għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni fuq is-saħħa tad-dipendenti tiegħek hemm.

Jekk il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek ma j/taħdimx jew j/taħdem fl-istess pajjiż bħalek, għandek tħallas il-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni għad-dipendenti tiegħek fil-pajjiż fejn taħdem. Jeħtieġlek titlob formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E 106 ) mingħand l-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa tal-pajjiż fejn taħdem. Meta tinħariġlek, ibgħatha lill-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa ta' pajjiżek.

Bħala regola ġenerali, int tkun inxurjat fil-pajjiż fejn se tkun qed taħdem. Dan il-pajjiż ikun responsabbli għall-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek. Tista' tkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta' pajjiż wieħed f'waqt wieħed; għalhekk tiqaflek l-assigurazzjoni f'pajjiżek. Bħala regola, il-pajjiż ġdid li fih se tkun qed taħdem jassumi r-responsabbiltà għall-benefiċċji tiegħek. Madankollu int ma titlifx id-drittijiet tiegħek li tkun akkumulajt maż-żmien f'pajjiżek, pereżempju drittijietek għal pensjoni.

Bħala ħaddiem li tivvjaġġa bejn il-fruntieri, normalment int inxurjat fil-pajjiż fejn taħdem u għalhekk għandek dritt għal kura tas-saħħa hemm. Biex tirreġistra fis-sistema tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix, jeħtieġlek il-formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E 106 ) mill-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa fil-pajjiż fejn qed taħdem.

Din il-formola tagħti d-dritt lilek u lid-dipendenti tiegħek biex tirreġistraw għall-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħixu. Għalhekk ikollok żewġ karti tal-assigurazzjoni tas-saħħa: waħda għal kull pajjiż. B'hekk tkun tista' tingħata kura medika f'pajjiżek daqslikieku kont inxurjat fih.

IVA — Jekk tgħix u taħdem fl-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja jew is-Slovenja.

LE — Jekk tgħix u taħdem id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, Spanja, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi, jew ir-Renju Unit. Id-dipendenti tiegħek ma jistax ikollhom żewġ karti tal-assigurazzjoni tas-saħħa. Jista' tingħatalhom kura fil-pajjiż fejn taħdem jekk:

  • il-kura ssir neċessarja fuq bażi medika matul iż-żjara tagħhom f'dak il-pajjiż, meta tqis in-natura tal-kura u t-tul mistenni taż-żjara

jew

  • ikun hemm ftehim bejn il-pajjiżi/l-awtoritajiet ikkonċernati

jew

  • awtorizzazzjoni minn qabel ingħatat bl-użu tal-formola S2 (dik li qabel kienet il-formola E 112 ) maħruġa mill-awtorità rilevanti fil-pajjiż li tgħix fih.

Jeħtieġlek l-ewwel tirreġistra fil-pajjiż fejn taħdem u ġġib il-formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E 106 ) mingħand l-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa. Din il-formola tagħti d-dritt lilek u lid-dipendenti tiegħek biex tirreġistraw għall-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħixu. Għalhekk ikollok żewġ karti tal-assigurazzjoni tas-saħħa: waħda għal kull pajjiż.

Jekk ħdimt l-aħħar bħala ħaddiem bejn il-fruntieri:

  • tista' tkompli tirċievi kwalunkwe kura fit-tul li tkun bdejt tingħata fil-pajjiż li fih kont taħdem. Din il-possibbiltà teżisti wkoll għad-dipendenti tiegħek jekk il-kura tagħhom tkun bdiet fl-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja jew is-Slovenja (mill-1 ta' Mejju 2014, din għandha tkun ukoll possibbli għal kura li tkun bdiet fl-Estonja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja).
  • jekk ħdimt tal-anqas sentejn bħala ħaddiem bejn żewġ pajjiżi matul il-5 snin ta' qabel l-irtirar, int għandek dritt għall-kura tas-saħħa kemm fil-pajjiż ta' residenza tiegħek kif ukoll fil-pajjiż fejn kont taħdem. Bħala regola, dan hu wkoll applikabbli għad-dipendenti tiegħek. Din il-possibbiltà madankollu teżisti biss jekk il-pajjiż li bħalissa tgħix fih u l-pajjiż li qabel kont taħdem fih jinsabu t-tnejn li huma f'dan il-grupp ta' pajjiżi: l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Portugall u Spanja.

Jekk trid il-kard tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa kemm fil-pajjiż fejn għandek ir-residenza tiegħek kif ukoll fil-pajjiż fejn kont taħdem, jeħtieġlek tirreġistra permezz tal- formola S3 fil-pajjiż fejn kont taħdem.

Jekk ma tiħux pensjoni mill-pajjiż fejn għandek ir-residenza, jeħtieġlek titlob il-formola S1 mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż li jħallaslek il-pensjoni (jekk involut aktar minn pajjiż wieħed, il-pajjiż li fih tkun ħdimt l-aktar). Il-formola S1 tippermettilek tirreġistra mal-awtorità tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż li fih għandek ir-residenza tiegħek. Għandek ukoll dritt għal kura tas-saħħa fil-pajjiż li jħallaslek il-pensjoni jekk dan jinsab f'dan il-grupp: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, Spanja u l-Isvezja.

Għall-ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri, il-pajjiż ta' residenza hu dejjem responsabbli għall-pagament tal-benefiċċji tal-qgħad. Ikun xi jkun il-każ, int tkun inxurjat fil-pajjiż li jħallaslek il-benefiċċji.

Jekk, minħabba r-regolamenti tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali l-ġodda tal-UE, int suġġett għal-leġiżlazzjoni ta' pajjiż differenti li jkun għadu bir-regoli l-antiki, tapplika l-leġiżlazzjoni preċedenti sakemm is-sitwazzjoni tiegħek tibqa' l-istess, iżda għal massimu ta' 10 snin. Jekk tixtieq tista' titlob biex tkun trattat skont ir-regolamenti l-ġodda.

Jekk titlef xogħlok, għandek tapplika għall-benefiċċju fil-pajjiż fejn tgħix.

Id-dritt u l-ammont ta' benefiċċju jiġi assessjat skont ir-regoli ta' pajjiżek, filwaqt li jitqiesu l-perjodi ta' xogħol li tkun għamilt f'pajjiżi barranin.

Biex turi l-perjodi ta' xogħol f'pajjiżi barranin, akkwista l-formola U1 mingħand is-servizz nazzjonali tal-impjiegi tal-pajjiż fejn taħdem u ippreżentaha fil-pajjiż li tgħix fih.

Jekk qed tfittex xogħol fil-pajjiż li fih tlift l-impjieg tiegħek, tista' tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi tal-pajjiż li fih kont taħdem – iżda jeħtieġlek tikkonforma mal-proċeduri ta' verifika u obbligi fiż-żewġ pajjiżi. Madankollu, peress li l-benefiċċji dejjem jitħallsu mill-pajjiż ta' residenza, l-obbligi u l-attivitajiet tat-tfittix ta' xogħol hemmhekk għandhom prijorità. Għażla oħra hi li titlob għat-trasferiment tal-benefiċċji tiegħek lejn il-pajjiż li qabel kont taħdem fih, jekk taħseb li għandek aktar ċans li ssib xogħol fih.

Id-definizzjoni ta' ħaddiem li jivvjaġġa bejn il-fruntieri (imsejjaħ ukoll transkonfinali jew ħaddiem bejn il-fruntieri) tinbidel skont jekk tkunx qed titkellem dwar drittijiet tas-sigurtà soċjali jew taxxi. Tista' titqies bħala ħaddiem bejn il-fruntieri għal finijiet tas-sigurtà soċjali iżda bħala resident għal finijiet tat-taxxa.

Għal finijiet tas-sigurtà soċjali — int ħaddiem bejn il-fruntieri jekk taħdem f'pajjiż u tgħix f'pajjiż ieħor, u tmur lura d-dar kuljum jew tal-anqas darba f'ġimgħa.

Għal finijiet ta' taxxa — dan jiddependi mit-termini tal-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn il-pajjiż li tgħix fih u dak li taħdem fih.

Il-parti l-kbira tal-ftehimiet ma jirriferux speċifikament għal dawn it-tipi ta' ħaddiema, għalkemm xi wħud għandhom kategorija ta' "ħaddiem bejn il-fruntieri", persuna li tgħix u li taħdem f'erja mal-fruntiera, (e.g. 10, 20 or 30 km 'il ġewwa mill-fruntiera, skont il-ftehim).

Biex tkun taf x'taxxi jeħtieġlek tħallas u f'liema pajjiż/pajjiżi, ikkuntattja l-partenarjat Ewropew għall-impjiegi bejn il-fruntieri fir-reġjun tiegħek.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 18/12/2023
Ikkondividi din il-paġna