Mistoqsijiet frekwenti - Żwieġ

Tista’ titlob li ż-żwieġ tiegħek jiġi rikonoxxut u reġistrat f’pajjiżek. Madankollu, kun af li f’xi każijiet ir-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni taż-żwieġ tiegħek f’pajjiżek fl-UE jistgħu jkunu obbligatorji.

Fil-każ ta’ żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess, ir-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni taż-żwieġ tiegħek konkluż f’pajjiż ieħor tal-UE bħalissa hu possibbli biss jekk pajjiżek hu wieħed minn dawn li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja. Ir-rikonoxximent u reġistrazzjoni ta’ żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess hu possibbli wkoll fl-Iżlanda, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.

LE - Huma l-awtoritajiet Taljani li jiddeċiedu jekk tistgħux tiżżewġu hemmhekk. Kultant iħallukom tagħmlu dan biss jekk ikollkom xi tip ta' rabta mal-Italja - ngħidu aħna wieħed minnkom kien joqgħod hemm jew għandu ċittadinanzaTaljana.

Ladarba tmorru lura s-Slovakkja, ikollkom tiksbu ir-rikonoxximent u tirreġistraw iż-żwieġ tagħkom hemmhekk abbażi taċ-ċertifikat taż-żwieġ Taljan tagħkom. Dan jippermettilkom tiksbu l-aġġornament tal-istat ċivili tagħkom fir-reġistru Slovakk.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 01/03/2024
Ikkondividi din il-paġna