Mistoqsijiet frekwenti - Appoġġ finanazjarju għat-traineeships

JISTA' JKUN. Sakemm inti residenta fi Franza u tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-impjieg, inti tibqa' intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad. Jekk tiddeċiedi li ssegwi taħriġ vokazzjonali f'pajjiż ieħor tal-UE, b'ċerti kondizzjonijiet għandek mnejn tkun intitolata li tibqa' tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad għal perjodu limitat ta' żmien. L-awtoritajiet ma jistgħux jirrifjutaw li jkomplu jħallsuk il-benefiċċji tal-qgħad għall-unika raġuni li t-taħriġ iseħħ f'pajjiż ieħor tal-UE. Madankollu, jistgħu jirrifjutaw jekk l-iskema ta' taħriġ ma tilħaq l-ebda kriterju speċifiku li jeżisti fil-liġi Franċiża.

LE - il-benefiċċju għal min qed ifittex xogħol ma jiġix imħallas barra mill-Irlanda. Il-gvern Irlandiż + għandu mnejn jipprovdi tip differenti ta' appoġġ ( appoġġ ta' manteniment) waqt li tinsab barra minn pajjiżek - iżda jeħtieġlek tistaqsihom biex tara intix eliġibbli. M'intix eliġibbli għal għotjiet jew self tal-istudenti la mill-gvern Norveġiż u lanqas mill-gvern Olandiż sakemm ma tiksibx id-dritt ta' residenza permanenti f'wieħed mill-pajjiżi (wara li tkun għext hemmhekk għal tal-anqas 5 snin).
Jekk int irreġistrat għall-perjodu kollu fi stabbiliment edukattiv akkreditat jew iffinanzjat mill-Ġermanja, u l-għan ewlieni taż-żjara tiegħek huwa li tattendi l-kors tal-lingwa, iż-żjara tiegħek tikkostitwixxi taħriġ vokazzjonali u tkun meqjus bħala student. Iżda jekk l-għan ewlieni taż-żjara tiegħek huwa l-kollokament ta' xogħol, iż-żjara tiegħek se tkun trattata bħala apprendistat.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 21/06/2024
Ikkondividi din il-paġna