Prodotti diffettużi

Int responsabbli għal difett fil- prodotti tiegħek. Jekk jikkawżaw ħsara lill-konsumatur tiegħek: mewt, korriment personali jew ħsara materjali fl-affarijiet personali (aktar minn EUR 500), tista' tispiċċa fi problemi serji.

Id-difett tal-prodotti tiegħek jiġi ddeterminat min-nuqqas ta' sigurtà li l-konsumaturi huma intitolati jistennew, mhux għal kemm ikun tajjeb għall-użu.

Ħu ħsieb meta:

  • timmanifattura prodott finali
  • timmanifattura partijiet biex jiġu inkorporati fi prodott ieħor
  • timporta prodott fl-UE maħsub għall-bejgħ.

Jekk aktar minn negozju wieħed hu responsabbli għas-sikurezza tal-istess prodott, il-parti danneġġjata tista' ttella' lil kwalunkwe wieħed minnhom quddiem il-qorti.

Ir-regoli dwar ir- responsabbiltà japplikaw ukoll għall- prototti tal-elettriku u l- prodotti agrikoli. Il-kuntratt tal-bejgħ tiegħek ma jistax ikun fih termini li jnaqqsu r-responsabbiltà tiegħek għal prodott difettuż.

Kif tfittex rimedju bħala parti danneġġjata

Biex titlob kumpens għad-danni mġarrba, il-parti danneġġjata għandha tipprova li:

  • seħħ dannu
  • il-prodott tiegħek kien difettuż
  • id-difett u d-dannu kienu marbuta.

Każijiet meta m'intix responsabbli

Int m'intix responsabbli jekk tista' turi li:

  • ma qiegħedx il-prodott fis-suq
  • ma mmanifatturajtx il-prodott għall-bejgħ
  • id-difett li kkawża l-ħsara ma kienx jeżisti meta l-prodott kien imqiegħed fis-suq
  • id-difett irriżulta biss minħabba li l-prodott tiegħek kellu jissodisfa rekwiżiti tekniċi obbligatorji
  • skont l-aħħar standards ta' kwalità xjentifika u teknika, ħadd ma seta' jbassar id-difett meta tkun poġġejt il-prodott fis-suq
  • immanifatturajt biss element wieħed, u d-difett kien ir-riżultat tad-disinn tal-prodott finali.

Il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara għandha 3 snin biex titolob kumpens. Dawn jibdew fil-jum li tinduna:

  • bil-ħsara;
  • bid-difett;
  • bl-identità tal-produttur.

Int ma tibqax responsabbli għall-ħsara kkawżata minħabba l-prodott tiegħek ladarba jkun ilu fis-suq għal 10 snin, sakemm xi ħadd ma jkunx talab kumpens mingħandek matul dak il-perjodu.

Tiftixa għal prodotti perikolużi: Safety Gate

L-awtoritajiet nazzjonali tal-UE jistgħu jaġixxu (billi jirtiraw il-prodotti mis-suq jew jipprojbixxu l-kummerċ) biex jittrattaw prodotti li jippreżentaw riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Il-manifatturi jistgħu jirtiraw ukoll il-prodotti tagħhom. Fil-każijiet kollha, kwalunkwe azzjoni meħuda hi rreġistrata fil-bażi tad-dejta Safety Gate Iftaħ bħala link estern . Safety Gate ma titraċċax il-miżuri meħuda kontra l-prodotti agrikoli u lanqas kontra l-apparat farmaċewtiku u mediku.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 20/10/2023
Ikkondividi din il-paġna