Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 05/12/2016

L-aċċess għall-internet

Konnessjoni tal-internet

Kull fejn tkun fl-UE jeħtieġlek tkun tista' taċċessa servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi ta' kwalità tajba bi prezz li tiflaħ tħallsu - inkluż l-aċċess bażiku għall-internet. Jeħtieġ li jkun hemm tal-anqas provveditur tal-internet wieħed li jista' jipprovdilek dan is-servizz. Dan hu magħruf bħala l- prinċipju ta' "servizz universali".

F'xi każijiet speċifiċi, bħal pereżempju kwistjonijiet dwar il-fattibbiltà teknika ta' talba, it-talba tiegħek tista' ma titqiesx "raġonevoli" u tiġi rifjutata.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill- awtoritajiet regolatorji nazzjonaliEnglish f'pajjiżek. Huma jqabbduk mal-provveditur tas-servizzi universali.

Storja bħala eżempju

Jack mar jgħix f'żona maqtugħa fil-kampanja Skoċċiża u xtaq li jkollu aċċess għall-internet f'daru hemm. Wara li bosta kumpaniji qalulu li n-netwerks tagħhom ma jkoprux din iż-żona, skopra min kien il-provveditur tas-servizzi universali fl-Iskozja. Ikkuntattja din il-kumpanija li pprovdietu b'konnessjoni tal-internet.

Newtralità tan-netwerk

Għandek id-dritt li taċċessa u li tiddistribwixxi l-kontenut u s-servizzi onlajn li tixtieq. Il-provveditur tal-internet tiegħek ma jistax jibblokkak, inaqqas jew jiddiskrimina kontra kwalunkwe kontenut, applikazzjoni jew servizz onlajn, ħlief fi 3 każijiet speċifiċi:

  • biex jikkonforma mal- obbligi legali, bħall-inġunzjoni tal-qorti li tibblokkja kontenut illegali speċifiku
  • biex jippreserva s- sigurtà u l-integrità tan-netwerk, pereżempju biex jikkumbatti l-viruses jew il-malware
  • biex jimmaniġġja konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk

Dan hu magħruf bħala n-newtralità tan-netwerk

Storja bħala eżempju

John, mir-Renju Unit, reċentement beda impjieg ġdid fil-Ġermanja. Hu xtaq juża app għal sejħiet bil-vidjow biex jitkellem mal-familja tiegħu sabiex ikun jista' jiffranka l-ispejjeż tat-telefonati. Kien kuntent li skopra li kellu għażla bejn apps differenti għal sejħiet bil-vidjow li seta' juża bla ħlas permezz tal-konnessjoni tiegħu tal-internet.

Ir-regoli tan-newtralità tan-netwerk jipprojbixxu lill-provvedituri tal-aċċess tal-internet milli jibblokkaw l-applikazzjonijiet jew li jitolbu aktar flus biex jintużaw l-apps għal sejħiet bil-vidjow.

Abbonamenti ma' provvedituri tal-Internet

Il-provveditur tal-internet tiegħek għandu jagħtik informazzjoni dwar:

  • il-prezzijiet, ir-rati u l-miżati applikabbli, inklużi l-għażliet u l-pakketti
  • it-termini u l-kondizzjonijiet standard
  • il-kwalità tas-servizz (pereżempju, il-veloċità tal-iddawnlowdjar).

Storja bħala eżempju

Laura mir-Rumanija riedet iddaħħal konnessjoni tal-internet fid-dar imma ma kinetx ċerta dwar il-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-pakketti varji li kienu qed jiġu offruti.

B'xorti tajba - kif meħtieġ bil-liġi - il-provvedituri kollha tas-servizz taw biżżejjed dettalji fis-siti tagħhom. Laura setgħet ukoll takkwista anki aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal komunikazzjonijiet elettroniċi.

Il-provveditur tal-internet għandu wkoll:

  • javżak sew minn qabel jekk ikun irid jibdel il-kuntratt (bħal pereżempju jgħolli r-rati)
  • jippermettilek toħroġ mill-kuntratt mingħajr ma tiġi ppenalizzat jekk ma taċċettax kwalunkwe kundizzjoni ġdida
  • joffrilek perjodi ta' kuntratt minimi raġonevoli – kuntratt għal perjodu inizjali ugwali jew iqsar minn 12-il xahar; kuntratti li jaqbżu sentejn huma illegali

Storja bħala eżempju

Eric xtaq idaħħal l-internet fl-appartament waqt is-sena ta' skambju universitarju li kellu f'Londra - iżda bosta provvedituri qalulu li l-abbonament minimu kien ta' sentejn.

Wara li kkonsulta l-awtorità nazzjonali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u li skopra drittijietu, Eric reġa' kkuntattja l-provvedituri u rnexxielu jagħmel abbonament ta' sena biss.

Appoġġ speċjali għall-utenti b'diżabilità

Jekk int utent b'diżabilitajiet, int intitolat għall-istess firxa u għażla ta' servizzi li minnhom igawdu l-maġġoranza tal-konsumaturi.

Għandek mnejn tkun ukoll eleġibbli għal apparat ta' aċċessibilità speċjali mingħand il-provveditur tas-servizz tiegħek - bħal softwer li jkabbar it-tipa jew qarrej tal-iskrin, jekk inti nieqes mid-dawl.

L- awtoritajiet regolatorji nazzjonaliEnglish tiegħek għandu mnejn ikunu jistgħu jipprovduk b'aktar dettalji dwar dawn id-drittijiet tal-aċċess.

Storja bħala eżempju

Véronique, minn Franza, għandha problemi biex tara u teħtieġ għajnuna speċjali biex taqra s-siti web.

Fuq parir ta' ħabiba, ikkuntattjat il-provveditur tas-servizzi universali fi Franza biex tistaqsi dwar qarrej tal-iskrin. Il-provveditur ipprovda s-softwer li kellha bżonn Véronique.

Leġiżlazzjoni tal-UE
  • Id-Direttiva dwar is-servizz universali - il-verżjoni kkonsolidata mhux uffiċjali (2002/22/KE) pdf English
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri