Available languages:

Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika: 15/01/2019

Ir-reġistrazzjoni ta' qrabatek mill-UE f'pajjiż ieħor tal-UE – Malta

Pajjiżek jimponi l-obbligu fuq iċ-ċittadini tal-UE u qrabathom biex iġorru passaport jew karta tal-identità valida f'kull ħin?

Ma hemm ebda obbligu għaċ-ċittadini tal-UE jew qrabathom li jġorru magħhom passaport jew karta tal-identità valida f'kull ħin.

Madankollu, skont il-liġi nazzjonali (l-Artikolu 17(3) tal-Att dwar il-Karti tal-Identità u Dokumenti Oħra tal-Identità), il-pulizija tista' titlob lil kwalunkwe persuna li tkun inħarġitilha dokument tal-identità biex turih fuq talba jew, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa wara li ssir id-domanda.

Dokument tal-identità jinkludi karta tal-identità, dokument ta' residenza jew dokument ta' identifikazzjoni maħruġ skont l-Att.

X'inhuma l-konsegwenzi jekk ma ġġorrx karta tal-identità jew passaport validu f'kull ħin? 

Il-persuni li ma jkollhomx dokument ta' residenza għandhom jaqilgħu multa ta' mhux aktar minn mitejn u erbgħa u tletin euro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (EUR 232.94) u, fil-każ ta' ksur kontinwu, multa ta' mhux aktar minn ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu (EUR 11.65) għal kull jum li matulu jkompli r-reat: 

Pajjiżek jirrikjedi lill-qraba ta' ċittadini tal-UE jirreġistraw wara 3 xhur?

Iva, trid tirreġistra f'Malta jekk qed toqgħod hemm għal aktar minn 3 xhur. Jekk int qed tfittex xogħol, tista' tirreġistra r-residenza tiegħek wara 6 xhur.

Liema dokumenti huma meħtieġa bħala prova tal-eżistenza ta' relazzjoni familjari fil-każ ta':

raġel / mara

ċertifikati taż-żwieġ

tfal u neputijiet:

ċertifikati tat-twelid u fil-każ ta' neputijiet, ċertifikati taż-żwieġ tal-ġenituri

ġenituri u nanniet:

ċertifikati tat-twelid/taż-żwieġ li juru rabta familjari

membri tal-familja estiża (zijiet, neputijiet, kuġini, eċċ.):

ċertifikat tat-twelid/taż-żwieġ li juri r-rabta familjari

partners mhux reġistrati:

prova ta' relazzjoni stabbli għal minn tal-inqas sentejn, jew skont kif ikun il-każ, li tista' tinkludi dikjarazzjonijiet minn membri tal-familja jew ħbieb, ftehim ta' kiri taħt l-ismijiet tal-koppja, korrispondenza, eċċ.

partners reġistrati:

id-dokument tar-reġistrazzjoni ċivili tal-partnership

Liema dokumenti ta' appoġġ huma meħtieġa biex jiġi ppruvat li membru tal-familja huwa ekonomikament dipendenti fuq ċittadin tal-UE?

Dikjarazzjonijiet miċ-ċittadin tal-UE, evidenza oħra ta' dipendenza (pereżempju, prova ta' edukazzjoni full-time, rapporti mediċi, dikjarazzjonijiet rigward ritorn ta' fondi eċċ).

Hemm limitu ta' dħul minimu li skontu l-membri tal-familja jitqiesu bħala "dipendenti"?

Ma hemm ebda limitu ta' dħul minimu.

Liema dokumenti huma meħtieġa minn membri tal-familja li mhumiex mill-UE biex jiksbu karta ta' residenza?

Kopja taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' ċittadin tal-UE li jkunu qed jakkumpanjaw jew, jekk tali ċertifikat ta' reġistrazzjoni ma jkunx inħareġ, il-konferma li tinħareġ meta titressaq l-applikazzjoni relattiva mill-imsemmi ċittadin tal-UE, li jkunu qed jakkumpanjaw.

Għal:

Raġel / mara

tfal u neputijiet

ġenituri u nanniet

Membri tal-familja estiża (zijiet, neputijiet, kuġini, eċċ.)

  1. dokument/i maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-pajjiż minn fejn ġejjin dawn il-membri tal-familja, li jipprovaw ir-relazzjoni tagħhom maċ-ċittadin tal-UE kkonċernat – iċ-ċertifikati tal-istatus ċivili rilevanti kollha.
  2. dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-pajjiż minn fejn ġejjin il-membri tal-familja, f'każ li huma tfal dipendenti ta' aktar minn wieħed u għoxrin sena jew huma qraba diretti dipendenti fil-linja axxendenti, jew membri oħra tal-familja, li jagħti xiehda li huma dipendenti fuq iċ-ċittadin tal-UE kkonċernat;
  3. fejn applikabbli, iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni taċ-ċittadin tal-UE kkonċernat;
  4. fil-każ ta' membri tal-familja estiża biss, fejn l-eżistenza ta' raġunijiet serji ta' saħħa li strettament jeħtieġu l-kura personali miċ-ċittadin tal-Unjoni, bi prova li huma membri tal-familja taċ-ċittadin tal-UE kkonċernat; 

Partners mhux reġistrati

Fil-każ tal-partner taċ-ċittadin tal-UE, bi prova tal-eżistenza ta' relazzjoni stabbli li ilha teżisti għal minn tal-inqas sentejn – għalkemm kull każ jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu stess.

Partners reġistrati

Id-dokument tar-reġistrazzjoni ċivili tal-partnership.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: