Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Elezzjonijiet barra minn pajjiżek

Aġġornat : 15/09/2014

living-abroad

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Jekk int ċittadin tal-UE li qed tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek id-dritt li tivvota u li toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jsiru f'dak il-pajjiż.

Kif tinkiteb fir-reġistru elettorali

Jekk tixtieq tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fil-pajjiż fejn tgħix, għandek bżonn tesprimi l-intenzjoni tiegħek dwar dan biex titniżżel fir-reġistru elettorali ta' dak il-pajjiż.

Sib fejn u kif tirreġistra fil-pajjjiż ospitanti tiegħek:

L-Awstrija, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovakkja, is-Slovenja: Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali.

Meta tirreġistra bħala votant għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ikollok tiddikjara wkoll li se tivvota darba biss fl-istess elezzjonijiet.

Il-kundizzjonijiet għall-vot

Bħala ċittadin tal-UE, tivvota tħat l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix. Jekk iċ-ċittadini tal-pajjiż huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu tul ta' żmien biex ikunu permessi jivvutaw, tant ieħor int.

Madankollu, għandhom jitqiesu l-perjodi li tkun għext f'pajjiżi oħra tal-UE - ħlief dawk f'pajjiżek.

Japplikaw regoli speċjali f'pajjiżi tal-UE fejn dawk li mhumiex ċittadini jiffurmaw aktar minn 20% tal-elettorat sħiħ; f'każijiet bħal dawn, il-pajjiż li qed jospitak jista' jitolbok perjodu addizzjonali ta' residenza qabel ma tkun tista' tipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-uniku pajjiż f'din is-sitwazzjoni hu l-Lussemburgu.

Votazzjoni obbligatorja

Jekk il-votazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew hi obbligatorja fil-pajjiż li qed jospitak u, wara r-reġistrazzjoni tiegħek, int ġejt inkluż fir-reġistru elettorali ta' dak il-pajjiż, int obbligat tivvota - bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Il-votazzjoni hi obbligatorja f'dawn il-pajjiżi tal-UE: il-Belġju, Ċipru, il-Greċja u l-Lussemburgu.

Kif toħroġ bħala kandidat

Meta toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tkun mitlub tagħmel dikjarazzjoni li m'intix skwalifikat milli toħroġ għall-elezzjonijiet, u li m'intix ħiereġ ukoll f'pajjiż tal-UE ieħor.

F'elezzjoni tal-Parlament Ewropew, tista' tivvota u toħroġ bħala kandidat f'pajjiż wieħed biss.

Jekk tagħżel li tivvota jew li toħroġ bħala kandidat fil-pajjiż fejn tgħix, ma tistax tagħmel l-istess fil-pajjiż li toriġina minnu.

Kundizzjonijiet biex toħroġ bħala kandidat

Bħala ċittadin tal-UE, tista' toħroġ bħala kandidat tħat l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix. Jekk iċ-ċittadini tal-pajjiż huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu tul ta' żmien biex ikunu jistgħu joħorġu bħala kandidati, tant ieħor int.

Madankollu, għandhom jitqiesu l-perjodi li tkun għext f'pajjiżi oħra tal-UE - ħlief dawk f'pajjiżek.

Japplikaw regoli speċjali f'pajjiżi tal-UE fejn dawk li mhumiex ċittadini jiffurmaw aktar minn 20% tal-elettorat sħiħ; f'każijiet bħal dawn, il-pajjiż li qed jospitak jista' jitolbok perjodu addizzjonali ta' residenza qabel ma tkun tista' toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-uniku pajjiż f'din is-sitwazzjoni hu l-Lussemburgu.

Aktar dwar il-votazzjoni u l-ħruġ bħala kandidat fil-pajjiż ospitanti tiegħek:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE

Retour au texte en cours.