Mistoqsijiet frekwenti - Kif iddaħħal lil uliedek fi skola f'pajjiż ieħor tal-UE

- Bħala ċittadini tal-UE, uliedek għandhom id-dritt jattendu l-iskola ta' kwalunkwe pajjiż tal-UE bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Għandhom id-dritt li jkunu fi klassi ma' tfal tal-istess età, fil-livell ekwivalenti għall-klassi tagħhom fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek, hu x'inhu il-livell tal-lingwa tagħhom.

Jekk int ċittadin/a tal-UE li se tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE minħabba x-xogħol, it-tfal tiegħek għandhom id-dritt, skont il-liġi tal-UE, li jirċievu tagħlim tal-lingwa b'xejn fil-pajjiż ġdid tiegħek biex jgħinhom jadattaw għas-sistema skolastika hemmhekk.

Dan ivarja skont il-pajjiż - iżda ġeneralment tkun idea tajba li żżomm fajl dwar l-istorja edukattiva ta' wliedek. Dan se jgħinhom meta japplikaw għall-edukazzjoni sekondarja u biex jinkitbu fi skola. Il-fajl jista' jinkludi dan li ġej:
  • kopji tat-traskrizzjonijiet jew ir- rapporti kollha (kun żgur li jkollok l-oriġinali bit-timbru tal-iskola, peress li l-iskola l-ġdida tkun trid tarahom).
  • ittri ta' referenza mill-għalliema u/jew mill-kap tal-iskola
  • lista ta' kotba tal-iskola kurrenti u deskrizzjoni tal-kurrikulu, biex jgħinek u lill-għalliem il-ġdid tiddeterminaw f'liema livell jinsabu wliedek.
  • ir-riżultati tat-testijiet, speċjalment fil-lingwa nattiva ta' wliedek, il-matematika u x-xjenzi.
  • it- tilqim u rekords mediċi reċenti ta' wliedek.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 18/06/2024
Ikkondividi din il-paġna