L-aħħar verifika : 16/07/2018

Il-Marka CE

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Mit-30 ta’ Marzu 2019, il-liġi kollha tal-UE mhux se tapplika aktar għar-Renju Unit, sakemm ftehim ta’ rtirar ratifikat ma jistabbilixxix data oħra, jew il-Kunsill Ewropew u r-Renju Unit jiddeċiedu b’mod unanimu li jestendu l-perjodu ta’ sentejn ta’ negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riperkussjonijiet legali għan-negozji:

Ħafna prodotti jeħtieġu l-marka CE qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu fiż- ŻEE (UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja). Il-marka CE turi li l-prodott tiegħek ġie vvalutat u jissodisfa r-rekwiżiti ta' sikurezza, saħħa u protezzjoni ambjentali tal-UE. Hija valida għal prodotti manifatturati kemm ġewwa kif ukoll barra ż-ŻEE, li mbagħad jiġu kkummerċjalizzati fiż-ŻEE.

Il-marka CE hija valida biss għal prodotti li għalihom l-ispeċifikazzjonijiet tal-UE ġew introdotti.

Biex twaħħal il-marka CE għall-prodott tiegħek, għandek toħloq dossier tekniku li juri li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti mal-UE kollha. Bħala l-manifattur tal-prodott, għandek ir-responsibbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti kollha. Meta l-prodott ikollu l-marka CE, jista' jagħti l-każ li jkollok tipprovdi d-distributuri u/jew l-importaturi bid-dokumentazzjoni kollha ta' appoġġ li jikkonċernaw il-marka CE.

Kif tikseb marka CE?

Hemm passi differenti għall- manifatturien :

1. Identifika r-rekwiżiti fl-UE għall-prodott tiegħek

Ir-rekwiżiti tal-UE huma stabbiliti f' Direttivi li jkopru prodotti differenti jew setturi ta' prodotti differentien, pereżempju:

Dawn id-Direttivi jistabbilixxu r- rekwiżiti essenzjali li l-prodotti jridu jissodisfaw.

2. Iċċekkja jekk il-prodott tiegħek jissodisfax ir-rekwiżiti speċifiċi

F'idejk biex tiżgura li l-prodott tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti legali tal-UE. Jekk jeżistu standards armonizzati Ewropejen għall-prodott tiegħek u int tosservahom fil-proċess tal-produzzjoni, il-prodott tiegħek se jitqies li huwa f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-direttivi rilevanti tal-UE.

L-użu tal-istandards huwa volontarju - m'intix obbligat li tużahom. Tista' wkoll tagħżel soluzzjonijiet tekniċi oħra biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva rilevanti tal-UE.

3. Iċċekkja jekk il-prodott tiegħek iridx jiġi ttestjat minn Korp Notifikat

Għal xi prodotti, korpi speċjali ta' valutazzjoni tal-konformità ("Korpi Notifikati") iridu jivverifikaw li l-prodott tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi. Dan mhuwiex obbligatorju għall-prodotti kollha. Uża l-bażi tad-dejta "Nando"en biex tidentifika liema Korp Notifikat għandek tikkuntattja fil-każ tiegħek.

4. Ittestja l-prodott tiegħek

Jekk il-prodott ma jeħtieġx li jkun verifikat minn korp indipendenti, mela f'idejk biex tivverifika li jkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi. Dan jinkludi stima u dokumentazzjoni tar-riskji possibbli meta jintuża l-prodott tiegħek.

5. Oħloq dossier tekniku

Id-dossier tekniku għandu jinkludi d-dokumenti kollha li juru li l-prodott tiegħek jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi.

6. Waħħal il-marka CE u abbozza dikjarazzjoni ta' konformità

Fl-aħħar tista' twaħħal il-marka CE fuq il-prodott tiegħek. Il-marka għandha tkun viżibbli, tinqara u ma titħassarx. Jekk kellek tinvolvi xi korp notifikat f'pass 3, għandek ukoll tqiegħed in- numru ta' identifikazzjoni ta' dan il-korp fuq il-prodott. Għandek ukoll tabbozza u tiffirma dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE li tgħid li l-prodott tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti legali kollha.

L-importaturi

Filwaqt li l-manifatturi huma responsabbli li jiżguraw li prodott ikun konformi u li jwaħħlu l-marka tal-KE, l-importaturien għandhom jaċċertaw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u li ma jippreżentawx riskju għall-pubbliku Ewropew. L-importatur għandu jivverifika li l-manifattur barra l-UE ħa l-passi meħtieġa u li d-dokumentazzjoni tkun disponibbli jekk tkun mitluba.

Id-distributuri

Id- distributurien għandu jkollhom tagħrif bażiku dwar ir-rekwiżiti legali - inkluż li l-prodotti għandu jkollhom il-marka CE u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament - u għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw prodotti li huma b'mod ċar mhux konformi. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet nazzjonali li huma aġixxew b'diliġenza u jkollhom dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew l-importatur li ttieħdu l-miżuri neċessarji. Barra minn hekk, id-distributur għandu jkun jista' jassisti l-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom biex jirċievu d-dokumentazzjoni meħtieġa.

Ara wkoll:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Appoġġ għan-negozji lokali - Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Ikkondividi din il-paġna: